Saħħa
Influss ta’ pazjenti f’Mater Dei kawża tal-influenza tax-xitwa

Iċ-Chairman Kliniku tad-Dipartiment tal-Emerġenza, Michael Spiteri, stqarr li fl-ewwel jumejn tas-sena l-isptar esperjenza influss f’daqqa ta’ pazjenti, speċjalment anzjani, b’kumplikazzjonijiet relatati mal-influwenza tax-xitwa.

“Huma nies f’mard kroniku u serju li għandhom bżonn ħafna, ħafna, ħafna u ħafna attenzjoni. Bħalissa jgħoddu fl-għaxrijiet jekk mhux fil-mijiet.”

Ma’ Television Malta, Dr Spiteri wera ruħu frustat li għad hemm nies li imorru l-emerġenza meta jistgħu faċilment jiġu kkurati fiċ-ċentri tas-saħħa.

“Dawk il-ftit nies li xorta jiġu l-emerġenza meta setgħu nqdew f’postijiet oħra jħallu impatt negattiv ħafna fuq min vera għandu bżonn l-għajnuna.”

Dwar il-persuni li daħlu l-emerġenza minħabba x-xorb żejjed fi żmien il-festi, Dr Spiteri qal li jidher li l-kampanji edukattivi qed iħallu l-frott.

“L-ammont ta’ intossikazzjonijiet li daħlu kienu daqsxejn inqas minn dawk li kienu s-sena li għaddiet. Dan ukoll irrifletta ruħu anki fl-inċidenti speċjalment fl-inċidenti tat-traffiku.”

Dr Spiteri wissa li x-xorb żejjed jikkawża problemi fil-qalb, il-pulmun, il-moħħ, waqt li jista’ jwassal għal mewt f’daqqa.

Aħbarijiet Oħra
Edukazzjoni

In-nuqqas ta’ ilma f’żewġ skejjel tal-gvern f’Raħal Ġdid wasal biex il-union tal-għalliema, l-MUT ħarġet direttiva lill-edukaturi kollha fiż-żewġ skejjel primarji ta’ Raħal Ġdid biex minn għada ma jirrapurtawx għax-xogħol fiż-żewg…

Politika

L-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem appellat lill-Prim Ministru Robert Abela biex jintervjeni ħalli jiżgura li l-kumpaniji lokali kollha fl-industrija tal-films ma jkunux diskriminati u żvantaġġjati. L-Assoċjazzjoni għamlet dan l-appell wara li…

Trasport

F’kummenti ma’ Television Malta l-Ministru għat-Trasport Ian Borg qal li wasal iż-żmien li ssir diskussjoni dwar trasport sostenibli fil-Belt Valletta. Dr Borg qal li fid-dawl taż-żieda fl-attività ekonomika, kulturali u…

Politika

Fil-jiem li ġejjin ser jiġi preżentat fil-Kabinett tal-Ministri abbozz ta’ liġi ġdid rigward il-koabitazzjoni. Dan ħabbru l-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza, Edward Zammit Lewis, li ltaqa’ għall-ewwel darba b’mod formali…

Aktar