Lokali
“Informazzjoni totalment ġdida għalija, m’għandi xejn x’naħbi” – l-eks PM Joseph Muscat

L-eks Prim Ministru Joseph Muscat kiteb fuq facebook li l-iżviluppi li ġew pubblikati llum dwar il-proġett tal-Montenegro hu tagħrif totalment ġdid għalih u dan kollu jista’ jigi verifikat.

Qal li qed jiddikjara minn issa, li f’kull investigazzjoni se jkun dispost jagħti kull informazzjoni u jwieġeb kull mistoqsija li jista’ jkollhom il-Pulizija. Dr Muscat ikkonkluda li m’għandu xejn x’jaħbi.