Infrastruttura
Infrastructure Malta b’tibdil fil-pjanti għall-proġett tas-Central Link

Infrastructure Malta tat widen għall-ilmenti tar-residenti ta’ Ħ’Attard u reġgħet għamlet tibdil fil-pjanti għall-proġett tas-Central Link biex tnaqqas iżjed l-inkonvinjent għar-residenti mit-traffiku li se jgħaddi minn din it-triq maħsuba biex tnaqqas il-konġestjoni tat-traffiku fil-parti ċentrali ta’ Malta.

F’kummenti ma’ Television Malta il-kap eżekuttiv ta’ Infrastructure Malta l-Inġinier Fredrick Azzopardi qal li bit-tibdiliet, il-karreġjata li tagħti lejn Ta’ Qali fost oħrajn ser tkun imbiegħda mid-djar residenzjali.

Infrastructure Malta ħabbret li wara konsultazzjoni mar-residenti ta’ Ħ’Attard, ġew aġġustati l-pjanti tal-proġett tas-Central Link għal iżvilupp ta’ Triq ġdida ta’ erba kilomteri bejn l-Imrieħel sa Ta’ Qali.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Infrastructure Malta, l-Inġinier Fredrick Azzopardi spjega li bit-tibdil fil-pjanti t-triq arterjali se tkun imbegħda mid-djar residenzjali kif xtaqu r-residenti.

Fredrick qal “it-triq li ser tkun qed tgħaddi fuq barra ta’ Ħ’Attard flok ħa tkun iktar qrib issa ħa tkun iktar ‘il barra, ftit metri ‘l barra, għax daħalna cycle lane fis-service road, fin-naħa ta’ fuq u barra minn hekk din it-triq il-ġdida se tkun qiegħda wkoll dislivell ‘l isfel mis-service road u għaldaqstant ser tkun qiegħda jkollha inqas impatt fuq ir-residenti li hemm hemmhekk.”

L-Inġinier Azzopardi qal li l-korsija għar-roti f’din it-triq ser tkun l-itwal waħda f’Malta. Spjega li dal-progġett ser inaqqas il-ħin tal-ivvjaġġar u fl-istess waqt li titjib is-sigurtà anke għal minn juża t-triq bir-roti jew bil-mixi.

Fejn hemm il-lights ħdejn l-MFSA bħalissa, biex taqsam hija impossibli, imma anki ser ikun hemm underpass biex jiffaċilita l-persuni li jkunu ġejjin minn Birkirkara u Ħal Balzan li jridu jaqsmu fuq in-naħa u jridu jużaw dan il-mezzi ġodda bħal bankini u cycle lane ser ikunu jistgħu jagħmlu dan mingħajr periklu ta’ xejn.

Il-proġett li bħallissa jinsab quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar se jkopri erba’ kilometri ta’ toroq għandu jitlesta f’inqas minn sentejn wra li jiġi approvat il-permess mill-Awtorità tal-Ippjanar.

 

Aħbarijiet Oħra
Storja

Magna ta’ ajruplan tal-gwerra, li possibilment iġġarraf fit-Tieni Gwerra Dinija, kienet irkurprata minn qiegħ il-baħar fil-bokka tal-Port il-Kbir wara ħidma konġunta bejn l-Università ta’ Malta, Heritage Malta u l-Forzi Armati….

Teknoloġija

Wara l-ajruplani, issa anke l-vetturi bdew jiġu jiġu mgħammra b’kaxxa sewda, li normalment tkun f’nofs il-vettura. Għalkemm s’issa din mhijiex obbligatorja, aktar manifatturi tal-karozzi qed jinkluduha. Fost aktar miżuri biex…

Infrastruttura

Waħda mill-kawżi ewlenin ta’ ħruġ ta’ drenaġġ fit-triq u fil-baħar ġejja minn katusi tal-ilma tax-xita li qed jitqabbdu direttament mas-sistema tad-drenaġġ. Jirriżulta li ħafna ma jafux li dan hu l-każ…

NGOs

Seba’ għaqdiet mhux governattivi Maltin se jwettqu tmien proġetti fl-Afrika bl-għajnuna ta’ madwar nofs miljun ewro mill-programm tal-għajnuna għall-iżvilupp tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin. Il-proġetti jvarjaw minn skola ġdida għall-bniet f’żona rurali…

Aktar