Infrastruttura
Infrastructure Malta tirċievi 6 offerti għal proġett għal arja nadifa fil-Port il-Kbir

Infrastructure Malta rċeviet sitt offerti għall-ewwel fażi tal-proġett biex twassal sal-mollijiet fil-Port il-Kbir biżżejjed provista tal-elettriku biex cruise-liners u vapuri oħra jkunu jistgħu jitfu l-magni meta jkunu sorguti mal-mollijiet.

L-attivita’ abbord tkun tista’ tibqa’ għaddejja bl-elettriku li jirċievu minn max-xatt. Il-valur medju tal-offerti jiskorri l-erbgħin miljun Ewro.

Il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali, Ian Borg, qal li dan hu pass ieħor lejn arja aktar nadifa u turiżmu sostenibbli fil-Port il-Kbir.

Dr Borg qal li l-gvern qed jaħdem biex il-Port il-Kbir isir wieħed mill-ewwel portijiet fl-Ewropa b’din it-teknoloġija għal ambjent aħjar.