Lokali
Inġinier Malti premjat fil-Ġappun bi proġett li jiġġenera l-elettriku taħt il-baħar

Inġinier żagħżugħ Malti kiseb it-tielet post minn fost 150 inġinier madwar id-dinja bi proġett marbut mal-inġinerija marittima.

Mitchell Borg ħoloq il-proġett bħala parti mir-riċerka li qed jagħmel għad-Dottorat, li fiha għamel analiżi idrodinamika tat-turbini għall-ġenerazzjoni tal-elettriku taħt il-baħar permezz ta’ simulazzjonijiet numeriċi. Huwa qed jagħmel dan il-proġett b’kollaborazzjoni ma’ kumpanija Franċiża.

Borg ipparteċipa fl-OCEANS Conference, li tiffoka fuq l-inġinerija marittima, u li din is-sena saret f’Kobe, l-Ġappun. Il-kompetizzjoni ssir għal studenti tar-riċerka, normalment f’livell tad-dottorat, sabiex ikunu ġġudikati fuq l-preżentazzjonijiet tar-riċerka tagħhom.

Din is-sena applikaw iżjed minn 150 student internazzjonali, u minnhom ġew magħżula 15, fosthom Borg. Minn dawn imbagħad il-ġurija, li kienet magħmula minn professuri fil-qasam marittimu, għażlet lil Borg għall-premju tat-tielet post, li kien jinkludi wkoll somma flus.

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Qatt tħajjart tmur għand xi ħadd biex jaqralek ix-xorti? Min jaqra x-xorti huwa mmanipulat mix-xitan? F’Malta hawn kultura tal-okkult?  Glen Falzon stħarreġ dwar dan u tkellem ma’ xi ħadd li…

Saħħa

Dieqa kbira għall-familja li tilfet li binha ta’ erba’ snin li miet fl-isptar Mater Dei fejn idaħħal għall-kura b’kumplikazzjonijiet ikkawżati x’aktarx minn każ rari ta’ meninġite b’mikrobu partikulari. L-awtoritajiet tas-saħħa…

Aktar