Kronaka
Ingliż iweġġa’ gravi waqt li kien qed jiekol fix-Xlendi

Ingliż li kien qed jiekol f’ristorant fil-bajja tax-Xlendi spiċċa l-isptar bi ġrieħi gravi wara li waqa’ fuqu pilastru tas-siment li tqaċċat minn trakk li kien għaddej fit-triq ta’ fuq ir-ristorant. L-inċident seħħ fis-1pm bil-pulizija qalet li l-Ingliż ta’ 48 sena ttieħed l-isptar bi ġrieħi gravi u dwar il-każ infetħet inkjesta bil-Maġistrat.

TVM jinsab infurmat li t-trakk kien għaddej minn Triq San Xmun eżatt fuq il-bajja tax-Xlendi. Jidher li t-trakk kellu jgħaddi mal-ġenb tat-triq u kien hawn li ġibed parti mir-railing li tagħti għal fuq il-bajja bil-konsegwenza li l-pilastru tas-siment baqa’ nieżel għal isfel fuq in-nies li kienu qed jieklu f’wieħed mir-ristoranti mal-bajja.

Il-pulizija qed tinvestiga.

Aħbarijiet Oħra
Ġurnali

In-Nazzjon: Fuq il-faċċata, kif qed jagħmlu ħafna mill-ġurnali tal-lum, ritratt tal-Prim Ministru Ingliża Theresa May li lbieraħ irnexxielha ssalva minn vot ta’ sfiduċja kontriha fil-partit konservattiv b’200 vot favur u…

Lokali

Matul il-ġurnata il-PBS se jiftaħ il-bibien tiegħu għas-segwaċi tal-programmi tat-tv u tar-radju biex ikollhom l-opportunità jaraw l-istudjos minn fejn jixxandru l-programmi u jiltaqgħu mal-preżentaturi u atturi li tant jammiraw. Fosthom…

Kronaka

Żewġt irġiel indarbu meta ttajru minn vettura f’B’Kara. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.30am, bil-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq Dun Karm, Birkirkara. Il-Pulizija tad-Distrett marru fuq…

Kronaka

Raġel sofra minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fir-Rabat. L-inċident seħħ illum għall-ħabta tal-5.30pm fi Triq Sqaq iċ-Ċawla. Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija jirriżulta li seħħet ħabta bejn żewġ…

Aktar