Agrikultura
“Inħobb nagħmel dak li hu ta’ pajjiżi” – Għawdxi ppremjat għall-aqwa għasel

Simpożju internazzjonali f’Malta ddiskuta l-industrija tal-għasel u l-prodotti magħmula min-naħal, kif ukoll it-theddida għan-naħal minħabba, fost oħrajn, l-iżvilupp u l-użu tal-bexx.

Minn xjenzjati għal naħħala, il-laqgħa internazzjonali iddiskutiet ukoll id-direzzjoni futura għall-produzzjoni tal-għasel, b’enfasi fuq l-awtentiċità.

Is-simpożju kien ukoll okkażjoni biex il-produtturi tal-għasel jiddandnu bil-benna naturali tal-prodotti tagħhom.

Samuel Zahra, li minn tfulitu kien jakkumpanja lill-missieru li kien irabbi n-naħal f’Għawdex, hu r-rebbieħ tal-aqwa produttur tal-għasel fost 27 naħħal Malti u Għawdxi. Id-deċiżjoni ttieħdet minn ġurija internazzjonali.

“Għandna x-xemx tajba u l-art toffri ċertu benna li fil-frott l-ieħor issibha, f’kollox hux, allura l-fjuri, ikollhom dik il-ħlewwa, li l-għasel joħroġ id-differenza tiegħu minn għasel ieħor,” spjega Samuel Zahra.

Samuel qal li l-produzzjoni tal-għasel fiha bosta sfidi, iżda huwa deċiż li jipproteġi l-għasel lokali b’kull mezz possibbli. “Tħobb tagħmel dak li hu tal-pajjiż tiegħek, u l-isfidi li ssib, iktar ituk kuraġġ.”

Il-President tal-Assoċjazzjoni Maltija tan-Naħħala, Adrian Bugeja Douglas, irrikonoxxa li s-sitwazzjoni mhix faċli minħabba l-kompetizzjoni minn għasel inferjuri u orħos: “Meta tara ċertu għasel li m’huwiex ġenwinament Malti tweġġgħana lilna.”

Gian Luigi Marcazzan li speċjalizza fl-istudju tal-għasel, qal li l-għasel ivarja fid-dehra, ir-riħa u t-togħma: “We have honey that is very sweet, honey that is not so sweet and honey that is bitter.”

Gian Luigi qal li l-għasel li jintuża anke fil-kura ta’ ċertu mard huwa prodott naturali li l-kwalità tiegħu tvarja għal bosta raġunijiet. “Each flower produces a different kind of nectar and a different kind of honey; different colour, different smell and different taste, and also the chemical composition is very different from one honey to the other.”

In-Nazzjonijiet Maqgħuda ddikjarat l-għoxrin ta’ Mejju bħala l-jum iddedikat għan-naħla, bil-għan li tippromovi l-konservazzjoni tan-naħla, li hija ħolqa importanti fl-eko sistema, anke tal-produzzjoni tal-uċuh tar-raba’.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Instab post alternattiv biex id-detox ma jibqax fejn l-isptar San Luqa fi G’Mangia. Dan ġie konfermat mill-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali Alfred Grixti li madankollu ma tax dettalji tal-post…

Kronaka

Ir-raġel li lbieraħ il-Pulizija ppubblikaw ritratti tiegħu qed ikun imfittex b’rabta ma’ serqa li seħħet ix-xahar illi għadda f’Tas-Sliema. Il-Pulizija talbet l-għajnuna tal-pubbliku biex issib lil dan ir-raġel. Minn stħarriġ…

Saħħa

Kollaborazzjoni bejn kumpanija fil-qasam tal-farmakoloġija li tinsab ibbażata f’Malta u riċerkatur Taljan qed twassal għal iżjed riċerka fit-terapija għall-kanċer. Din ir-riċerka hi ibbażata fuq sustanti meħuda minn pjanti mediterranji. Il-Professur…

Aktar