Kronaka
“Inħobbuk ħafna għażiż tagħna” – Isellmulu bil-fjuri fil-post fejn għereq

“Inħobbuk ħafna għażiż tagħna.” Din kienet silta mill-messaġġ li għaddew il-qraba ta’ Simon Psaila, li tilef ħajtu traġikament waqt li kien qed jogħdos fix-Xemxija.

Ilbieraħ memrbi tal-familja ta’ Simon poġġew il-fjuri fil-baħar fl-inħawi tal-Veċċa; fejn instab il-katavru tiegħu f’qiegħ il-baħar jumejn ilu.

F’post fuq il-midja soċjali, waħda mill-kuġini ta’ Simon kitbet li kienu sellmulu fil-post fejn ħa l-aħħar nifsijiet tiegħu, waqt li kien qed jagħmel dak li kien iħobb.

Intant, TVM infurmat li l-funeral ta’ Simon se jsir nhar it-Tnejn li ġej fil-Knisja ta’ San Pawl fir-Rabat; il-post fejn trabba u għex.

Ara wkoll:

Ħadt qatgħa xħin rajtu, provajt insalvah – ir-raġel li sab lil Simon Psaila

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Minkejja li 30 sena ilu tilef nofs wiċċu u sofra ġrieħi gravi meta ġġarraf b’ajruplan żgħir, il-bdot Ivan Gatt ma jibżax jirkeb l-ajruplan, la bħala bdot u lanqas bħala passiġġier….

Lokali

Numru ta’ proprjetajiet tal-Gvern li mhumiex jintużaw ser jgħaddu f’idejn għaqdiet mhux governattivi li joffru programmi ta’ housing bħala parti minn skema ġdida mnedija mis-Segretarjat Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali. Is-sejħa għall-applikazzjonijiet…

Lokali

L-Awtorità tal-Ippjanar qalet li għamlet spezzjoni fil-barriera tal-Imqabba li skont artiklu fuq il-ġurnal The Times of Malta għexieren ta’ ħaddiema Torok li jaħdmu għal Taca Construction diġà qed jgħixu fis-sit, fejn…

Toroq

Il-Kummissarju għall-Ambjent u l-Ippjanar fl-uffiċċju tal-Ombudsman ma sabx li kienx hemm amministrazzjoni ħażina mill-awtoritajiet konċernati fl-iżvilupp ta’ Triq Louis Wettinger f’Ta’ Masrija, magħrufa bħala l-bypass tal-Mellieħa. Dan joħroġ mir-rapport tal-investigazzjoni…

Aktar