Riċerka
Inizjattiva biex jitpoġġa taħt il-lenti l-użu tal-Malti u l-Ingliż

L-użu tal-Malti u l-Ingliż ser jiġi analizzat permezz ta’ serje ta’ seminars organizzati mill-Kunsill Nazzjonali tal-Malti taħt il-patriċinju tal-President George Vella.

Thomas Pace, id-direttur tal-Kunsill Nazzjonali tal-Malti qal li l-istudju ser jiffoka kemm fuq l-użu tal-Malti u l-Ingliż mitkellem u miktub kemm mill-pubbliku kif ukoll mill-entitajiet tal-Gvern.

“Sikwiet nisimgħu li l-Malti jista’ jispiċċa mhux għax ma tiktbux imma l-Malti jispiċċa għax ma tuzahx mat-tfal. It-tfal huma l-ġenerazzjonijiet il-ġodda li juzaw il-Malti fil-futur, u allura ser nippruvaw noħolqu aktar kuxjenza mal-ġenituri u man-nanniet biex meta jkollhom lit-tfal id-dar, ikellmhum bil-Malti, ikellmuhom bl-Ingliz ukoll, imma jkun hemm ħin għal lingwa u ħin għal lingwa oħra.”

Din l-inizjattiva li ser issir fuq medda ta’ diversi xhur tħabbret fil-Palazz ta’ Sant Anton għaliex kisbet l-appoġġ tal-President George Vella innifsu. Il-President Vella qal li permezz ta’ dan l-eżerċizzju l-pajjiż għandu jiżgura t-tisħiħ tal-lingwa Maltija li qal hija parti importanti mill-identità Nazzjonali.

“Meta wieħed ikun iħobb wieħed mill-aktar affarijeit prezzjużi li għandna u tarah qiegħed jitmermer u jittikel, veru taħt pressjoni tat-tibdil u l-moderniżmu, pero ħafna minnu nistgħu insalvawh u ma nħalluhx jibqa’ sejjer. L-argument tiegħi hu li nitfgħu id-dawl fuq dan il-fenomenu ħalli nkunu nistgħu nikkoperaw ħalli dak li nistgħu inzommuh, inzommuh.”

Il-laqgħat li ser isiru fix-xhur li ġejjin ser jimmiraw li isaħħu l-prattiċi li jevitaw it-taħlit minn lingwa għall-oħra fl-istess sentenza.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Inġiniera mill-Università ta’ Malta qed jibnu apparat li jiddiżinfetta l-maskli, bil-għan li dawn ma jintużawx darba biss u jintremew. Qalet dan fi stqarrija l-Università ta’ Malta, li saħqet li dan…

COVID-19

HSBC Bank Malta nieda serje ta’ miżuri addizzjonali biex dejjem aktar jappoġġja lin-negozji milquta b’mod negattiv mit-tixrid tal-Covid-19.  Dawn il-miżuri ġodda tfasslu speċifikament għal dawk il-klijenti li qegħdin jiffaċċjaw tfixkil…

Ekonomija u Finanzi

Sal-aħħar ta’ Diċembru li għadda, il-Gvern kellu surplus ta’ €9,400,000 fil-fond konsolidat, filwaqt li f’Diċembru tal-2018, il-fond konsolidat kellu defiċit ta’ aktar minn €70 miljun. L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika qal li…

Lokali

Fl-2018, Malta kellha t-tieni l-akbar tnaqqis fl-għoti taċ-ċittadinanza waqt li l-akbar numru ta’ ċittadini barranin li kkwalifikaw għaċ-ċittadinanza Maltija kienu mir-Renju Unit. Skont ċifri tal-Eurostat, fl-2018, Malta tat iċ-ċittadinanza tagħha…

Aktar