Kunsilli Lokali
Inizjattiva biex tqarreb il-Kunsilli u l-entitajiet tal-Gvern

Naqsu l-Kunsilli Lokali li qed jaħdmu bi żbilanċ fil-finanzi, u tħabbret inizjattiva maħsuba biex issaħħaħ il-kuntatt bejn il-Kunsilli Lokali u awtoritajiet u entitajiet tal-Gvern.

Aktar minn 40 awtorita u entità tal-Gvern identifikaw uffiċjal biex iservi ta’ pont bejnhom u l-Kunsilli Lokali. Is-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis qal li dawn se jiffaċilitaw ix-xogħol tal-kunsilli.

“Is-Sindki kienu jibgħatu korrispondenza, jitolbu talba u ħadd ma jweġibhom, u allura grazzi għall-PPS Mario Cutajar wasalna għal dan biex issa kull kunsill lokali se jkollu dan id-direttorju fejn ikun jista’ jitkellem ma’ numru ta’ entitajiet fejn ikun hemm sfidi fil-lokalitajiet,” qal is-Segretarju Parlamentari Parnis.

Is-Segretarju Permanenti ewlieni Mario Cutajar qal li r-riforma fil-Kunsilli Lokali għaddej titjib fid-Diviżjoni għall-Gvern Lokali li l-ħidma tagħha hija maqsuma fuq żewġ binarji, biex tagħmel monitoraġġ tal-kunsilli u l-oħra li tkun ta’ sostenn għalihom.

Il-Ministru Owen Bonnici qal li issa d-diviżjoni tista’, fost oħrajn, tgħin lill-kunsilli japplikaw għall-fondi biex iwettqu proġetti fil-lokalitajiet tagħhom.

Id-Direttur Ġenerali tad-Diviżjoni għall-Gvern Lokali Natalino Attard qal li bħala għassies tal-Kunsilli jsib diversi tipi ta’ irregolaritajiet fosthom li kunsill ma jimxux skont il-liġi u d-Diviżjoni ikollha tagħti direttiva lill-kunsill sabiex anke jirrevoka dawk id-deċiżjonijiet li ma jkunux saru skont il-liġi.

Każi oħra jitrattaw allegazzjonijiet fil-konfront ta’ kunsill dwar nuqqas ta’ etika, u f’dak il-każ id-Diviżjoni tgħaddi l-każ lill-bord ta’ governanza li jinvestiga l-każ u jagħti r-rakkomandazzjonijiet tiegħu.

“Hemm ukoll l-awditur ġenerali, li fl-awditjar tiegħu kull sena joħroġ rapport. Id-Diviżjoni għandha kumitat, li fuq dan il-kumitat hemm ukoll l-awditur ġenerali, li ninvestigaw ir-rapport tal-awditur ġenerali biex nippruvaw li minn sena għal sena ma jerġax ikollna ripetuti l-istess defiċjenzi,” spjega d-Direttur Ġenerali.

Żied li f’diversi snin terz tal-kunsilli kien ikollhom defiċit, iżda fl-aħħar rapport tal-awditur dawn naqsu għal 11-il kunsill.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Illejla l-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista għandhom l-aħħar attività tagħhom. Mat-tokki ta’ nofsillejl jinżel is-separju tal-kampanja elettorali sabiex jiġu osservati jumejn ta’ silenzju. Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph…

Lokali

Il-kumpanija tal-gaming BET365 ikkonfermat il-pjan tagħha biex tkabbar l-operat tagħha f’Malta billi tirriloka wħud mill-attivitajiet tagħha minn Ġibiltà lejn Malta. Il-kumpanija li kellha uffiċini f’Malta u f’Ġibiltà b’liċenzja biex topera…

Partit Nazzjonalista

Il-Partit Nazzjonalista qal li l-Ombudsman laqa’ t-talba tiegħu u lest jinvestiga l-kontijiet tad-dawl u l-ilma li l-famiji qed ikollhom iħallsu. Il-Viċi Kap Nazzjonalista David Aguis flimkien mal-kandidati għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew…

Storja

Fl-2018 saru s-siti storiċi ta’ Heritage Malta 1.6 miljun turist, żieda ta’ madwar 400,000 ruħ meta mqabbel mas-sena ta’ qabel.  Din iż-żieda fil-viżitaturi tirrifletti wkoll fid-dħul finanzjarju tal-aġenzija li s-sena…

Aktar