Blockchain
Inizjattiva li tgħin negozji ġodda jimirħu fl-intelliġenza artifiċjali u l-blockchain

Twaqqfet fondazzjoni biex tassisti imprendituri li jkollhom idea biex jibdew negozju ġdid. Il-Ministru tal-Ekonomija Chris Cardona qal li fid-dawl tal-iżviluppi fl-intelliġenza artifiċjali u fit-teknoloġija tal-block chain, Malta qed taspira li tkun kalamita għat-talenti ġodda, fosthom fit-teknoloġija.

Il-fondazzjoni l-ġdida Start UP Malta, li se tkun qed taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Malta Investment Management Company Ltd, il-MIMCOL, twaqqfet bil-għan li torganizza u tagħti għajnuna lill-imprendituri ġodda min ikollu idea vijabbli u jridu jibdew negozju.

Il-Kap Eżekuttv tal-Mimcol, Stanley Mifsud, qal li l-fondazzjoni se tgħin lill-kumpanniji start-ups fl-aċċess għall-finanzi u tagħtihom direzzjoni minn esperti fil-qasam tan-negozju.

“Il-fondazzjoni toħloq attivitajiet hi stess biex tilħaq start-ups, jew nies li jkunu għadhom fil-bidu tal-ideat tagħhom, u minn hemm nilħqu ftit ftit lil dawn in-nies,” qal Mifsud.

Il-Ministru għall-Ekonomija, Chris Cardona, qal li l-fatt li Malta qed tkun ċentru għall-kumpanniji fil-qasam tat-teknoloġija Blockchain u intelliġenza artifiċjali, il-fondazzjoni Start Up Malta se taħdem biex tagħti spinta lill-kumpanniji li jridu jimirħu f’dawn l-oqsma. Dr Cardona qal li l-fondazzjoni mistennija tattira investiment barrani, bil-mira hi li Malta sservi bħala ċentru dinamiku, u kalamita għat-talent.

“Tgħaddi iktar inċentivi ta’ finanzi, iżda wkoll ideat u mod ta’ kif l-istart-ups qed jaħdmu f’dinja globalizzata,” qal il-Ministru Cardona.

Il-Ministru Cardona ħeġġeġ lin-nies fin-negozju biex jieħdu rwol attiv f’din l-inzijattiva billi jagħtu l-gwida tagħhom lill-istart-ups, u b’hekk pajjiżna jkollu bażi iktar soda u organizzata ta’ ideat u innovazzjoni. Qal li dawn jissarrfu f’aktar attività ekonomika u iktar xogħol.

Aħbarijiet Oħra
Sajd

Idejh jafu jinsġu l-qasab għan-nases, anke b’għajnejh magħluqa. Bis-sengħa tan-nases fid-demm, Ġanni Xuereb, magħruf bħala Ġanni l-Pipi, illum jgħodd iktar minn 80 sena, u għadu ma telaqx in-namra max-xogħol tiegħu, …

Edukazzjoni

Is-sajf wasal biex jintemm u dħalna fl-aħħar ġimgħa qabel ma jerġgħu jibdew l-iskejjel. Iżda x’inhuma s-sentimenti tal-ġenituri u l-istudenti dwar l-bidu tas-sena skolastika ġdida? TVM tkellem mal-ġenituri u l-istudenti. Mal-wieħed…

Lokali

Waqt l-aħħar tislima li ngħatat lil Enrica lbieraħ fil-knisja ta’ San Ġiljan, inġabru €10,000 għal Puttinu Cares. Enrica kienet tgħożż il-familja ta’ Puttinu li tant tawha kuraġġ u sabar waqt…

Edukazzjoni

The Rotary Malta Clubs are calling for applications from residents of Malta wishing to pursue a post-graduate degree. The scholarship offered to Maltese residents is worth $ 30,000 and is…

Aktar