Stejjer Umani
‘Inkwetati għalik’ – in-neputija tar-raġel li ħarab minn Mount Carmel

“Zi, jekk jogħġbok ejja lura d-dar għax inkwetati ħafna għalik.”

Hekk appellat Stephanie Stewart, in-neputija ta’ Tom Stewart, li fl-2016 ħarab mill-Isptar Monte Karmali u sal-lum il-ġurnata, iktar minn tliet snin wara, ħadd ma jaf x’sar minnu. F’filmat mibgħut esklussivament lil tvm.com.mt, Stephanie għamlet appell lil zijuha biex jirritorna d-dar. Qaltlu jekk huwa possibbli jagħmel kuntatt magħhom immedjatament, minħabba li l-familjari tiegħu huma inkwetati ħafna fuqu.

Stewart ġie nieqes f’pajjiżna fl-20 ta’ Mejju tal-2016. In-neputija tiegħu, Stephanie, għamlet kuntatt ma’ dan is-sit, fejn qaltilna li minn informazzjoni li għandha, fil-jiem li għaddew zijuha jista’ jkun li ntlemaħ f’Marsaskala.

Stephanie spjegat ma’ dan is-sit kif Tom flimkien mal-mara tiegħu Phyllis ġew Malta biex jirtiraw lura fl-2015. Marru joqgħodu Ħ’Attard, u kollox kien sejjer sew, sakemm ix-xogħlijiet fil-post li xtraw ma mxewx kif suppost, xi ħaġa li kkawżat ħafna stress fuq Tom. Dan ingħata pilloli għall-ansjetà, li hu rrifjuta li jieħu. Kien hu stess b’mod volontarju fil-fatt li mar l-Isptar Monti Karmeli biex jiġi ċċekkjat. Żjara li spiċċat b’mod qares, tant li meta qal lill-infirmiera preżenti li xtaq imur lura d-dar, din infurmatu li ma jistax jitlaq. Xi ħaġa, li fi kliem in-neputija tiegħu, l-infirmiera qaltielu bi żball minħabba li ma kellux għalfejn jibqa’ miżmum hemm ġew.

Bil-paniku li qabdu meta qaltlu hekk, hu qal lil martu li sejjer mixja fil-ġnien tal-Isptar. Min hawn hu ħa l-opportunità li jaqbeż il-ħajt, u jaħrab. Minn dakinhar ‘l hawn, ħadd ma jaf x’sar minnu.

Tisħaq magħna li probabbilment, hu qed jibża’ li se jintbagħat lura l-Isptar jekk jiġu lura għand il-familja. Tassigurana li dan żgur mhux il-każ.

In-neputija tiegħu qaltilna kif għadd ta’ persuni għamlu kuntatt mal-familja, fejn jgħidu li raw lil Tom. Tgħid li faċli tagħrfu minħabba t-tul tiegħu. Deher fl-akwati ta’ Marsaskala, Ħal Lija, Attard, Qormi, u anke madwar l-Ajruport. L-iktar waħda dettaljata kienet meta mara qalet li ratu f’Marsaskala iktar minn darba, xi drabi wkoll jixtri minn ħwienet tal-merċa.

Spjegat kif dan ibati mid-dijabete, fejn jekk din ma tkunx ikkontrollata, jista’ jkun li dan jiġi diżorjentat, u ma jkunx jaf x’inhu għaddej.

Filmat: Stephanie Stewart

Aħbarijiet Oħra
Politika

L-eks Ministru u eks Kummissarju Ewropew Karmenu Vella llum kien onorat bil-grad ta’ kumpann fl-Ordni Nazzjonali tal-Mertu. Dan kien l-ogħla unur mogħti waqt iċ-ċerimonja tal-Investitura fil-Palazz tal-President f’Jum ir-Repubblika. Il-Perit…

Kisbiet

Farman Ullah, carer mill-Pakistan, rebaħ il-Premju Ħaddiem tas-Sena 2019 fir-Residenza San Vincenz de Paul. Fi stqarrija intqal kif Ullah, li ilu jaħdem fir-residenza għal dawn l-aħħar erba’ snin, huwa carer…

Avjazzjoni

Il-Ħamis li għadda, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta laqa’ s-seba’ miljun passiġġier għal din is-sena. B’hekk, l-MIA leħaq l-ogħla numru ta’ passiġġieri fl-istorja tiegħu. Fi stqarrija l-MIA spjega li t-traffiku mill-MIA…

Kronaka

Luana Borg, tfajla ta’ 14-il sena ġiet irrappurtata nieqsa. Fi stqarrija l-Pulizija qalu li hi dehret l-aħħar il-Ħadd 8 ta’ Diċembru għall-ħabta tat-tlieta ta’ wara nofsinhar, qrib ċinema f’Buġibba. Il-Pulizija…

Aktar