Qorti
Inqabad f’miġemgħa mingħajr maskra u darab surġent li arrestah

Spanjol li kien hedded u darab ħafif surġent tal-Pulizija wara li nqabad jikser ir-regolamenti tal-covid ġie mmultat elf u mitt ewro mill-Qorti.

Il-Qorti fetħet b’urġenza biex tisma’ l-każ kontra Jordi Rojo Sanchez,li dalgħodu stess inqabad jixrob f’bajja f’miġemgħa ta’ aktar minn sitta u kien mingħajr maskra.

Meta ġie avviċinat mill-Pulizija r-raġel ta’ 33 sena ħarab, bil-Pulizija jaqbduh ftit wara. Intqal li kien proprju hawnhekk fejn huwa darab ħafif lil surġent tal-pulizija. Sanchez ammetta l-akkużi, bil-Qorti timmultah elf u mitt ewro.