Qorti
Inqabad isuq bla liċenzja u allega li l-pulizija poġġewlu d-droga fil-karozza

Tyrone Difesa ta’ 22 sena minn San Ġiljan ġie akkużat li kellu 262 gramma Cannabis f’ċirkostanzi li juru li ma kinetx għall-użu esklussiv tiegħu. L-Ispettur Joseph Xerri akkużah ukoll li saq vettura mingħajr liċenzja u mingħajr polza ta’ assigurazzjoni u li kiser ir-regolamenti tat-traffiku. Difesa jinsab akkzuat li għamel reat waqt perjodu operattiv ta’ sentenza sospiża

L-ispettur Xerri qal li l-Ħamis wara li l-pulizija sabulu d-droga kannabis fil-vettura u f’daru, l-akkużat allega li kienu l-pulizija li poġġew id-droga hemm u meta aktar tard ittieħed l-għassa huwa hedded tliet pulizija meta qalilhom li meta joħroġ mil-ħabs se jibgħat nies biex ifittxuhom.

L-akkużat wieġeb li mhux ħati tal-akkużi. Il-Maġistrat Lia ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest u ħarġet ordni ta’ protezzjoni favur tliet pulizija.

Ara wkoll:

Saq kontra l-‘one-way’ u waqfuh – sabulu sustanza illegali fil-karozza

Aħbarijiet Oħra
Unjoni Ewropea

It-tranżizzjoni klimatika inkorporata fil-Patt Ekoloġiku hija imperattiv etiku kif ukoll opportunità ekonomika. Jeħtieġ li nadattaw il-mod kif nipproduċu u nikkunsmaw biex nipproteġu ’l saħħitna u l-benesseri tagħna u nħarsu l-pjaneta…

Unjoni Ewropea

Il-Prim Ministru Robert Abela jinsab fi Brussell għat-tieni jum tas-summit speċjali tal-Kunsill Ewropew, bil-għan li jintlaħaq qbil fuq il-baġit tal-Unjoni Ewropea għas-seba’ snin li ġejjin. L-ewwel jum tas-summit kien wieħed…

Qorti

Aġġornat kontinwament Illum issoktat l-inkjesta pubblika fil-qtil tas-Sinjura Daphne Caruana Galizia, liema inkjesta qed tistħarreġ jekk l-awtoritajiet setgħux jieħdu miżuri biex jevitaw dan id-delitt. Fis-seduta tal-lum qiegħed jixhed Glenn Bedingfield….

Kultura

Huma ħafna l-Beltin involuti fil-Karnival: minn karristi . . . sa żeffiena . . . għal oħrajn involuti fl-organizazzjoni, b’ħafna mill-attivitajiet ewlenin organizzati minn għada sat-Tlieta li ġej fit-toroq ewlenin…

Aktar