Qorti
Inqabdet bil-kameras tisraq il-flus mill-ħanut li kienet taħdem fih

Franċiża ta’ 37 sena li toqgħod San Pawl il-Baħar ammettiet li serqet mat-€ 800 minn stabbiliment fl-ajruport fejn kienet taħdem u mingħand kollegi fuq il-post tax-xogħol.

L-Ispettur Silvio Magro qal li l-mara, Silberberg Helene, tidher tisraq f’filmati minn kameras tas-sigurtà.

L-avukat tal-għajnuna legali, Noel Bartolo, qal li l-mara kien ilha xahar taħdem mal-kumpanija u ma tħallsitx. Żied li ħasbet li setgħet taqbad u tieħu l-flus sabiex titħallas tax-xogħol tagħha. Id-difiża talbet għal sentenza sospiża u qalet li l-imputata diġà ħallset lura parti mill-ammont.

Il-Maġistrat Gabriella Vella sabet lil Helene ħatja tal-akkuża miġjuba kontriha u kkundannatha għal tmien xhur ħabs sospiżi għal sena. Hija trid ukoll tħallas €100 kull xahar sa sitt xhur oħra.

Aħbarijiet Oħra
Pulizija

Sal-aħħar tas-sena d-dieħla, il-Korp tal-Pulizija għandu jkollu strateġija ta’ trasformazzjoni. F’intervista estensiva mal-Kap Eżekuttiv tal-Pulizija li tixxandar fil-programm DISSETT wara dan il-bulettin, is-Sur Gafa’ qal li d-direzzjoni tat-tiġdid ser isir…

Politika

Il-Prim Ministru u l-Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat, akkuża lill-Partit Nazzjonalista li ma ppreżentax biżżejjed kandidati għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali fi 23 lokalità f’Malta u f’Għawdex bl-għan li jiskoraġixxxi lin-nies milli…

Għawdex

Tnieda l-proġett għall-installazzjoni tat-tieni fibre optic cable bejn Malta u Għawdex, bil-gvern iħabbar li l-proġett se jitwettaq minn kumpanija Taljana. Il-cable il-ġdid mistenni jsaħħaħ l-infrastruttura diġitali f’Għawdex u jżid il-potenzjal…

Kronaka

Il-Pulizija rringrazzjat lill-pubbliku tal-għajnuna li ta biex jinsab Clive Agius li kien qed imfittex mill-Pulizija fuq ordni tal-Qorti, Clive Agius għandu 34 sena u jirrisjedi l-Floriana u qe djinżamm mill-Pulizija…

Aktar