Xogħol
Inqas minn 4,000 persuna qegħda

F’Lulju, ir-rata tal-qgħad niżlet taħt l-4,000 persuna.

Dan joħroġ minn ċifri ppubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika li juru li meta mqabbel max-xahar ta’ qabel kien hemm kważi 300 persuna inqas jirreġistraw għax-xogħol, filwaqt li mqabbel ma’ Lulju tas-sena l-oħra kien hemm 2,300 persuna iktar ifittxu impjieg.

Il-qgħad żdied l-iktar fost dawk li kienu ilhom inqas minn 21 ġimgħa jirreġistraw għax-xogħol, filwaqt li kien hemm tnaqqis fost dawk li kienu ilhom iktar minn sena jfittxu impjieg.

In-numru ta’ persuni b’diżabilità qegħda żied bi 30 meta mqabbel ma’ Lulju tas-sena l-oħra. L-iktar li qed jirreġistraw għax-xogħol huma irġiel u l-iktar li qed ifittxu xogħol klerikali.