Edukazzjoni
Inqas minn terz ġabu biżżejjed marki biex jidħlu l-università – iżjed mill-2018

Illum kien jum ta’ ċelebrazzjoni għal bosta studenti u ta’ diżappunt għal oħrajn, wara li ħarġu r-riżultati tal-eżamijiet tal-O u l-A Levels.

Madwar 1,750 (1,742) student tas-sekondarja għaddew mill-eżamijiet tas-SEC u jistgħu jissuktaw bl-istudji tagħhom f’xi istituzzjoni post-sekondarja. Il-Bord tal-MATSEC qal li dan l-ammont huwa ta’ 135 student iktar meta mqabbel mas-sena l-oħra.

Madwar 3,860 student (3,857) għamlu l-eżamijiet fil-livell avvanzat u intermedju. Minnhom, aktar minn 1,200 student (1,207) ġabu l-marki biex jistgħu jkomplu bl-istudji tagħhom fl-Università. Dan huwa iktar mill-ammont tal-2018

Għas-sitt sena konsekuttiva, il-Ministeru għall-Edukazzjoni se jerġa’ joffri klassijiet ta’ reviżjoni bla ħlas għall-istudenti li m’għaddewx mill-Ingliż, il-Matematika, il-Malti, il-Fiżika u l-Bijoloġija biex jagħmlu l-eżamijiet riparatorji f’Settembru bil-għan li jkunu jistgħu jkomplu bil-vjaġġ edukattiv tagħhom.

“Jersqu ‘l quddiem, japplikaw, biex f’Settembru li ġej ikunu f’pożizzjoni aħjar biex jagħmlu dawn l-eżamijiet,” qal il-Ministru Evarist Bartolo, waqt li awgura lill-istudenti.

Il-klassijiet ta’ reviżjoni, li huma mifruxa fuq 5 ġimgħat, se jibdew fl-24 ta’ Lulju sal-aħħar ta’ Awwissu u se jsiru f’diversi ċentri f’Malta u Għawdex. L-istudenti jistgħu japplikaw hawn sa nhar l-Erbgħa li ġej.

Ara wkoll:

Klassijiet ta’ reviżjoni għall-istudenti bi preparament għar-‘resits’ tas-SEC u O Level

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

TVM jista’ jiżvela li t-testijiet tad-DNA fuq il-fdalijiet umani li kważi xahar ilu nstabu moħbija f’daħla f’sur tal-Belt huma ta’ Charlene Farrugia, it-tfajla ta’ 25 sena li kienet irrapportata nieqsa…

Kronaka

Tfajla ta’ 23 sena minn San Ġwann tinsab fil-periklu tal-mewt wara li kienet involuta f’inċident bi quad bike f’Għawdex. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-15:00 fi Triq ir-Rabat, fin-Nadur meta tfajla ta’ 23…

Kronaka

Sewwieq ta’ mutur ġie rikoverat wara li kellu inċident f’ Triq il-Kosta għall-ħabta ta’ nofsinhar. Il-Pulizija qalet li r-raġel ta’ 42 sena mill-Ħamrun kien qed isuq mutur tal-għamla Yamaha meta…

Politika

Waqt li l-partiti politiċi ħadu l-pawża tas-sajf mid-diskorsi politiċi tal-Ħadd, baqa’ għaddej il-battibekk politiku dwar is-salarji tas-Segretarju Parlamentari bejn id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi u l-Partit Laburista. Wara li l-gvern fi…

Aktar