COVID-19
Inqas tfal fiċ-child care centres u fi gruppi li ma jinbidlux

Minn nhar il-Ġimgħa se jkomplu jiġu llaxkati aktar restrizzjonijiet u se jiddaħħlu minflok miżuri abbażi ta’ tliet prinċipji bażiċi li huma ż-żamma tad-distanza soċjali, l-ilbies tal-maskri u l-iġene b’mod partikolari l-ħasil tal-idejn.

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci qalet li minn nhar il-Ġimgħa se jerġgħu jiftħu ċ-Child Care Centres li se jibdew jilqgħu inqas tfal minn kemm kienu qed jilqgħu qabel faqqgħet il-pandemija tal-Covid-19 biex jonqos in-numru ta’ tfal li jkunu qrib ta’ xulxin.

Filwaqt li stqarret li huwa diffiċli li t-tfal żgħar jifhmu li jridu joqgħodu bogħod minn xulxin, fiċ-Child Care Centres se jiġu mgħallma l-mezzi ta’ mitigazzjoni speċjalment il-ħasil tal-idejn biex b’hekk jitgħallmu kif jistgħu jevitaw il-mard.

Qalet ukoll li minbarra l-ammont inqas ta’ tfal, fiċ-child care centres se jaraw li t-tfal u min jieħu ħsiebhom kemm jista’ jkun ma jinbidlux. Qalet li importanti li fl-istess grupp ikun hemm dejjem l-istess tfal biex ikunu qishom familja ma’ xulxin u b’hekk dejjem jonqos ir-riskju li jkun hemm trasmissjoni lil ħaddieħor.

Ara wkoll:

Żewġ każijiet ġodda ta’ Covid-19, 8 oħra mfejqa

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

Fi stqarrija, il-MAM qalet li se twaqqaf id-direttivi għal ġimgħa min-nhar is-Sibt bit-tama li l-gvern jieħu azzjoni deċiżiva fid-dawl tas-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna. L-assoċjazzjoni qalet ukoll li l-Gvern għandu jgħaraf l-iżbalji…

Kronaka

Raġel ta’ 20 sena mill-Imtarfa ġarrab ġrieħi gravi u ieħor ta’ 21 sena mill-Imtarfa wkoll ġarrab ġrieħi ħfief wara argument li seħħ ilbieraħ fil-ħdax u nofs ta’ bil-lejl fil-Belt Valletta….

COVID-19

Ftit aktar minn 100 persuna ġew immultati talli fl-aħħar ġimgħa nqabdu mingħajr maskra f’ħames postijiet fejn hu obbligat li tintlibes fosthom fuq tal-linja u fil-ħwienet. Il-Professur Charmaine Gauci qalet li l-maskra…

Aktar