MEUSAC
Insaħħu l-vuċi tagħna fl-Unjoni Ewropea

Fil-25 ta’ Mejju, ċittadini Maltin u Ewropej ser ikollhom l-opportunità jsemmgħu leħinhom billi jivvutaw għar-rappreżentanti tagħhom fil-Parlament Ewropew għall-ħames snin li ġejjin. Ir-riżultat ta’ dan il-vot ser ikollu impatt konsiderevoli mhux biss fuq il-vuċi taċ-ċittadini fl-UE, imma fuq id-direzzjoni tal-UE għall-ħames snin li ġejjin.

Il-vot fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew għandu jservi biex iċ-ċittadini juru li mhux biss jittamaw f’futur aħjar, imma jieħdu dan iċ-ċans li bil-vot jagħtu sehemhom għall-futur tal-UE kif jixtiquh. Il-vot taċ-ċittadini Ewropej jeleġġi l-kandidati li ser jirrappreżentawhom għall-ħames snin li ġejjin u jiddetermina l-formazzjoni tal-gruppi politiċi fil-Parlament Ewropew.

Il-Parlament Ewropew għandu rwol importanti fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet fl-UE. Waqt li l-Kummissjoni Ewropea tagħmel il-proposti għal liġijiet u inizjattivi ġodda, il-Parlament Ewropew jista’ japprova, jemenda jew jiċħad dawn il-proposti, flimkien mal-Kunsill tal-Ministri.

F’dan il-kuntest, il-grupp politiku li jirbaħ il-maġġoranza tas-siġġijiet fil-Parlament Ewropew ikollu effett fuq min jiġi appuntat bħala President tal-Kummissjoni Ewropea għall-ħames snin li ġejjin. Dan għaliex normalment, il-President tal-Kummissjoni Ewropea jkun ġej mill-grupp politiku li jkun rebaħ il-maġġoranza fil-Parlament Ewropew. Fil-fatt, il-President attwali tal-Kummissjoni Ewropea, Jean-Claude Juncker, ġej mill-Partit Popolari Ewropew.

Għaldaqstant, hu importanti li kulħadd joħroġ jivvota fil-25 ta’ Mejju. Il-vot taċ-ċittadini hu vot lejn futur siewi fl-UE, u vot biex iċ-ċittadini Ewropej isaħħu l-vuċi tagħhom fid-deċiżjonijijet li jittieħdu. Għal iktar informazzjoni dwar l-elezzjonijiet Ewropej wieħed jista’ jżur is-sit elettroniku tal-kampanja Ewropea, diddarbasenivvota.eu jew jikkuntattja lil Europe Direct Valletta, immexxi mill-MEUSAC fuq [email protected] jew fuq 2200 3316.

 

Tagħrif miġbur minn:

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Illejla l-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista għandhom l-aħħar attività tagħhom. Mat-tokki ta’ nofsillejl jinżel is-separju tal-kampanja elettorali sabiex jiġu osservati jumejn ta’ silenzju. Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph…

Lokali

Il-kumpanija tal-gaming BET365 ikkonfermat il-pjan tagħha biex tkabbar l-operat tagħha f’Malta billi tirriloka wħud mill-attivitajiet tagħha minn Ġibiltà lejn Malta. Il-kumpanija li kellha uffiċini f’Malta u f’Ġibiltà b’liċenzja biex topera…

Partit Nazzjonalista

Il-Partit Nazzjonalista qal li l-Ombudsman laqa’ t-talba tiegħu u lest jinvestiga l-kontijiet tad-dawl u l-ilma li l-famiji qed ikollhom iħallsu. Il-Viċi Kap Nazzjonalista David Aguis flimkien mal-kandidati għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew…

Storja

Fl-2018 saru s-siti storiċi ta’ Heritage Malta 1.6 miljun turist, żieda ta’ madwar 400,000 ruħ meta mqabbel mas-sena ta’ qabel.  Din iż-żieda fil-viżitaturi tirrifletti wkoll fid-dħul finanzjarju tal-aġenzija li s-sena…

Aktar