Qorti
Instab jorqod fi skola wara li nqabad bid-droga

Raġel ta’ 35 sena mill-Montenegro li m’għandux fejn joqgħod baqa’ miżmum fil-faċilità korrettiva ta’ Kordin wara li kien arrestat fl-iskola primarja tal-Imsida fejn kien qed jorqod u fuqu nstabu żewġ kilogrammi ħaxixa u 160 pillola ecstasy.

L-iskola ilha għal dawn l-aħħar sentejn magħluqa biex isirulha xogħlijiet ta’ mmodernizzar.

Andrej Kristikjevikj kien akkużat b’pusses ta’ droga kannabis u ecstasy f’ċirkostanzi li juru li ma kinux għall-użu personali tiegħu u li kkometta reat f’distanza ta’ inqas minn 100 metru minn skola.

L-akkużat wieġeb li mhux ħati u baqa’ miżmum arrestat.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Għalqu il-postijiet tal-votazzjoni fir-Renju Unit hekk kif l-elettroat ivvota fit-tielet elezzjoni ġenerali f’inqas minn ħames snin. L-elezzjoni li saret l-ewwel darba f’Diċembru fi kważi seklu issegwi l-elezzjonijiet preċedenti tal-2015 u…

Lokali

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li ħass li kellu jattendi għas-summit tal-Kunsill Ewropew għax hu l-Prim Ministru tal-pajjiż u xogħlu huwa li jirrappreżenta lil Malta. Huwa qal dan fl-isfond li…

Politika

Iż-żewġ kandidati għat-tmexxija tal-Partit Laburista: Chris Fearne u Robert Abela ddikjaraw li Konrad Mizzi mhux ser jkun fil-kabinett tagħhom għalkemm jibqa’ fil-grupp parlamentari Laburista. Intervistati fil-programm Dissett, Dr Fearne u…

Lokali

Il-kumpanija tat-telekomunikazzjoni GO qalet li minħabba ħsarat is-servizzi tal-internet kemm dak fiss, kif ukoll tal-mobile mhumiex qegħdin jaħdmu. Fuq Facebook il-kumpanija qalet li konsegwenza ta’ din il-ħsara, iċ-channels diġitali tal-call centre huma…

Aktar