Kurżitajiet
Instabet ħuta ġdida li tgħix f’qiegħ il-baħar

Ix-xjentisti rnexxielhom sa fl-aħħar jaraw mill-viċin il-ħuta li tgħix fl-aktar baħar fond tad-dinja. Il-ħuta nstabet kważi 5 mili fil-fond u din hija l-ewwel ħuta tax-xorti tagħha li qatt intlemħet mir-riċerkaturi.

Ir-riċerkaturi semmew il-ħuta “Mariana Snailfish” jew bl-isem xjentifiku tagħha “Pseudoliparis swirei.” Il-pressa li hemm fil-fond fejn instabet din il-ħuta huwa 1,000 darba aktar minn dak li nsibu fuq l-art. Ir-riċerkaturi qabblu l-pressa bħallikieku ‘iljunfant kellu jirfislek subgħajk’.

Ix-xjentisti ma kienux ċerti jekk kienetx teżisti ħajja f’qiegħ daqshekk fond tant li kienu jemmnu li ċelloli jieqfu jiffunzjonaw malli jinqabżu l-5 mili ‘l fond mill-art. B’din l-iskoperta, ix-xjkentisti qed jittamaw li jsiru jafu kif organiżmu bħal dan jirnexxielu jgħix f’tali ambjent ostili.

 

Aħbarijiet Oħra
Ikel

Restaurant fil-Ġermanja pprojbixxa li jidħlu tfal taħt l-14-il sena wara l-5pm biex l-adulti jieklu fil-paċi. Oma’s Küche, li tfisser il-kċina tan-nanna, ħa din id-deċiżjoni biex il-klijenti li jmorru jieklu, iqattgħu…

Barranin

Id-dilettanti tal-festa ta’ Santa Marija f’Fontanarosa, fl-Italja, spiċċaw bid-dmugħ f’għajnejhom wara li waqa’ u nqasam it-torri tradizzjonali ta’ din iċ-ċelebrazzjoni. Fil-filmat jidhru d-dilettanti tal-festa lejliet Santa Marija, qed jiġbdu t-torri…

Kurżitajiet

F’Madagaskar, il-vanilla saret tiswa aktar mid-deheb. Il-bdiewa li jkabbruha f’Madagaskar, spiċċaw jarmaw ruħhom sa snienhom biex jgħassu l-fulu tant prezzjuż tal-vanilla. Kilo vanilla jiswa bejn il-$400-$500 – somma kbira għal…

Kurżitajiet

Tifla ta’ 3 snin fir-Renju Unit qed tkun meqjusa intelliġenti iktar minn Einstein, hekk kif għandha IQ ta’ 171. Ix-xjentist Albert Einstein kellu IQ ta’ 160, filwaqt li l-IQ medju tan-nies…

Aktar