Barranin
Instabet kura ġdida għat-tfartis?

Skoperta ġdida fil-laboratorju qed tqanqal tama li tista’ sservi ta’ kura effettiva għat-tfartis, hekk kif instab li mediċina użata għall-osteoporożi tagħmel effett qawwi wkoll fuq ix-xagħar.

Riċerkaturi fl-Università ta’ Manchester sabu li din il-mediċina tistimola x-xagħar biex jikber, peress li fiha komponent li jaħdem fuq proteina li twaqqaf it-tkabbir tax-xagħar u twassal għat-tfartis.

Din il-mediċina iżda għadha trid tiġi ttestjata b’mod kliniku biex ikun aċċertat li hija effettiva u sigura biex tintuża fuq in-nies.

Sal-lum hemm biss żewġ mediċini disponibbli għat-tfartis; minoxidil għall-irġiel u n-nisa, u finasteride għall-irġiel biss. Dawn iżda mhux dejjem ikunu effettivi, u ħafna nies qed jagħżlu li jagħmlu trapjant.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

L-artisti tal-mument inġabru fir-Radio City Hall ta’ New York għall-MTV Video Music Awards f’serata li offriet wirjiet memorabbli minn Madonna, li matulha tat ġieħ lill-artista Aretha Franklin b’riflessjonijiet personali dwar…

Kurżitajiet

Ritratt li qed idur mal-midja soċjali qabad il-mument li ‘vu cumprà’ (kif jissejħu l-bejjiegħa taċ-ċekċik fuq il-bajjiet fl-Italja) jipprova jbigħ iċ-ċekċik lid-Deputat Prim Ministru Taljan Matteo Salvini. Donnu li r-raġel…

Barranin

Chiara, tifla ta’ 8 snin, għexet b’miraklu wara t-traġedja li laqtet bosta nies f’park f’Calabria. It-tifla belgħet ammont kbir ta’ ramel u tajn u tinsab taħt xokk qawwi. Hija nstabet…

Barranin

Fuq il-midja soċjali kienu jidhru bħala familja perfetta, iżda traġedja li laqtet lil din il-familja l-ġimgħa l-oħra kixfet realtà għal kollox differenti. Ir-raġel fl-Istati Uniti li qed jiġi akkużat bil-qtil…

Aktar