Qorti
Instabu traċċi tad-demm u xagħra bjonda fl-appartament tal-akkużat

Fil-kumpilazzjoni tal-każ tal-qtil tat-tfajla Shannon Mak, fejn qed jiġi akkużat l-ex sieħeb tagħha Jelle Rijmpa, illum ħarġu dettalji ġodda fil-Qorti.

Żewġ uffiċjali tat-taqsima tal-Forensika qalu li fl-appartament tal-akkużat, instabu traċċi tad-demm flimkien ma’ xagħra twila bjonda fix-shower.

Flimkien ma’ dawn is-sejbiet instabu wkoll 17-il loqma sigarett fir-residenza ta’ Rijmpa, fi Triq l-Istampaturi, f’Santa Venera.

L-Uffiċjal tal-RIU, Luke Stivala, xehed kif dik inhar li ġie arrestat Rijmpa, kien bħal donnu qed jistennihom filwaqt li kien qiegħed jara t-televiżjoni. Qal ukoll li baqa’ kalm u ma qal xejn.

Il-każ ikompli jinstema’ x-xahar li ġej.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Żewġ Maltin li qegħdin fuq btala f’Hong Kong spiċċaw maqbuda fl-irvellijiet li għaddejjin bla heda f’dan il-pajjiż. Lawrence Attard tkellem ma’ TVM, eżatt wara li rnexxielu jaħrab minn protesta vjolenti…

Lokali

Il-vjolenza domestika ħafna drabi nassoċjawha man-nisa, iżda fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, fost il-vittmi ta’ vjolenza domestika li talbu l-għajnuna tal-Appoġġ, kien hemm ukoll 44 raġel. Waqt il-programm Insights…

Kultura

F’Sala San Pawl fid-Dar tal-Providenza għaddejjin fl-aqwa tagħhom it-tħejjijiet għall-produzzjoni teatrali li ser tittella’ fi żmien il-Milied fl-Istitut Kattoliku bis-sehem ta’ wħud mir-residenti, il-ħaddiema u atturi stabbiliti. Din hija parti…

Aktar