Stejjer Umani
“Int l-eroj tagħna… Inħobbok sa l-aħħar nifs ta’ ħajti” – bint Simon Schembri

Għas-Surġent Simon Schembri l-15 ta’ Mejju se tibqa’ mnaqqxa f’moħħu għax kienet il-ġurnata meta kien involut f’inċident tat-traffiku, kien f’xifer il-mewt, u reġa’ twieled mill-ġdid.

Anke għall-familja tas-Surġent Schembri, din il-ġurnata se tibqa’ f’moħħhom għal dejjem.  Bint is-Surġent, Leah kitbet fuq il-media soċjali kif qatt ma basret li se tarah f’qagħda kritika bħalma ratu sena ilu.

Irrakkontat kif ma kinitx taf hux se jsalva u bkiet, weġġat u irrabjat, iżda qalet li baqgħet ma’ missierha u se tibqa’ miegħu sal-aħħar nifs ta’ ħajtu.  Żiedet tgħid li qatt ma qatgħet qalbha għax kienet taf li missierha ħa jerġa’ jqum fuq saqajh.

Leah kitbet li mhux talli ngħata Ġieħ ir-Repubblika, talli waqqaf fondazzjoni biex ikompli jgħin lill-oħrajn.  Fi tmiem il-messaġġ li kitbet Leah qalet lil missierha “Int l-EROJ tagħna u ispirazzjoni għal ħafna!! Inħobbok sa l-aħħar nifs ta’ ħajti ❤️ xxxxx”.

F’post fuq il-media soċjali, il-Blue Light Foundation qalet li llum qed tiċċelebra l-istorja inkredibbli tas-Surġent Schembri meta kien għaddej b’xogħlu u f’ħin minnhom ittajjar minn karozza, tkaxkar għal diversi metri, bix-xufier taħt l-età baqa’ sejjer minn fuq il-post f’Ħal Luqa fejn seħħ l-inċident.

Minn dakinhar, is-Surġent Schembri iħossu twieled mill-ġdid tant li għadda messaġġ li qatt ħadd m’għandu jaqta’ qalbu.

Aħbarijiet Oħra
Partit Nazzjonalista

Il-Partit Nazzjonalista permess tal-kandidati għall-elezzjonijiet Ewropej Franciz Zammit Dimech u Roselyn Borg Knight qalu li l-Partit Nazzjonalista qed iwiegħed investiment fir-riċerka għal mediċini innovattivi li jsaħħu l-ġlieda kontra l-kanċer. Huma…

Qorti

L-Imħallef irtirat, Michael Mallia, li qed jeżamina l-aħħar messaġġi li kienet irċeviet Daphne Caruana Galizia, se jkun jista’ jeżamina wkoll il-laptop ta’ Caruana Galizia għal theddid li setgħet irċeviet. Dan…

Lokali

Illejla l-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista għandhom l-aħħar attività tagħhom. Mat-tokki ta’ nofsillejl jinżel is-separju tal-kampanja elettorali sabiex jiġu osservati jumejn ta’ silenzju. Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph…

Lokali

Il-kumpanija tal-gaming BET365 ikkonfermat il-pjan tagħha biex tkabbar l-operat tagħha f’Malta billi tirriloka wħud mill-attivitajiet tagħha minn Ġibiltà lejn Malta. Il-kumpanija li kellha uffiċini f’Malta u f’Ġibiltà b’liċenzja biex topera…

Aktar