Lokali
Int tgħaddi minn taħt sellum?

Ninsabu jumejn ‘il bogħod minn Friday the 13th, il-jum li jqanqal f’uħud bosta superstizzjonijiet. Imma kemm huma verament superstizzjużi l-Maltin u x’jagħmlu jekk jinzertaw qattusa sewda?

Friday the 13th huwa kkunsidrat bħala l-jum tas-superstizzjonijiet u l-ġurnata li ġġib l-isfortuna u r-risq ħażin.

Il-koinċidenza sseħħ meta x-xahar jinzerta jibda l-Ħadd u t-tlettax tax-xahar jaħbat il-Ġimgħa.

Għal min huwa superstizzjuż dan il-jum inissel bosta biżgħat. Fil-folklor Malti l-mumenti superstizzjużi bħal meta wieħed m’għandux jgħaddi minn taħt is-sellum. Superstizzjonijiet oħra huma assoċjati mal-qtates suwed u l-mirja mkissra.

Imma kemm huma superstizzjużi n-nies?

Għas-sajjieda, is-simbolu tal-għajn fuq l-luzzu huwa tarka kontra l-għawġ.

Skont il-Kalendarju Gregorjan li huwa l-kalendarju li jintuża mill-pajjiżi tal-Punent, il-fenomenu ta’ Friday the 13th iseħħ mill-inqas darba fis-sena.

Kien hemm snin meta inżerta iżjed minn darba bħal fl-2015 meta kien hemm tliet Ġimgħat li ħabtu fit-tlettax tax-xahar, u darbtejn fl-2017 u fl-2018 u kif se jerġa’ jiġri din is-sena.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Żewġ xufiera ta’ coach inżammu arrestati fuq akkużi li kellhom x’jaqsmu sesswalment ma’ tifla ta’ 15-il sena li kienu jwassluha l-iskola. Il-Qorti semgħet kif Nidhin Eldhose ta’ 32 sena u…

Kostruzzjoni

Il-Gvern qed jikkunsidra diversi alternattivi għall-isfida tal-iskart tal-kostruzzjoni. Il-Prim Ministru Joseph Muscat insista li fl-immedjat, l-industrija tal-kostruzzjoni trid terfa’ r-responsabbiltà tagħha. Żied jgħid li jridu jinstabu soluzzjonijiet aktar fit-tul fost…

Qorti

Il-mara mis-Serbja li iktar kmieni din is-sena nstabet ħatja li ħaqret żewġ anzjani sakemm mietu, kellha l-piena ta’ ħabs imnaqqsa mill-Qorti tal-Appell. F’April li għadda Dragana Mijalkovic kienet ikkundannata ħames…

Politika

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, appella lill-Gvern biex jgħin bi kwalunkwe mod possibbli biex itaffi xi ftit mill-piżijiet finanzjarji meħtieġa biex jitmexxa s-santwarju tal-Arka ta’ Noe fil-Mellieħa fejn…

Aktar