Kurżitajiet
Int tħobbu jew le s-sajf?

L-ogħla temperatura llum kienet 34 grad celcius, iżda kif rrapporta l-Uffiċċju Meteoroloġiku tal-Ajruport, it-temperatura kienet tinħass 39 grad.

L-ewwel tmiem il-ġimgħa tas-Sajf kien karatterizzat minn xemx taqli l-ankri u sħana tremenda. Il-Ħadd filgħodu, TVM dar dawra f’diversi bnadi u osserva dak li għamlu l-Maltin u t-turisti.

Is-sajf beda juri snienu ġmielu anke jekk uffiċjalment ninsabu fit-tielet jum tal-istaġun. Is-sħana għamlet tagħha u għadd sostanzjali ta’ Maltin u turisti rrispondew billi fittxew il-frisk jew il-bajjiet u l-baħar għal xi għawma jew dawra fuq dgħajsa.

Għall-uħud, l-aktar dawk li jaħdmu fl-industrija tat-turiżmu u l-ospitalità, il-ħidma tissokta, anki fi tmiem il-ġimgħa. Itqajna ma’ studenti u żgħażagħ li minkejja li qed jagħmlu l-eżamijiet iddeċidew li xorta jmorru sal-baħar.

F’xi parroċċi ssuktaw iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ewwel Tqarbina bl-isfida tas-sħana evidentement tkidd lil xi wħud mit-tfal u l-ġenituri.

Fost dawk li ma jħobbux is-Sajf, bosta rħewlha lejn xi kumpless tax-xiri jew iċ-ċinema biex igawdu l-ħin liberu tagħhom fl-arja kkundizzjonata.

Mitt bniedem, mitt fehma… min jiggosta l-ġranet twal tas-Sajf, il-baħar u l-ġelati u min ma jaħmilx it-tidlik u n-nemus. Tħobbu jew tobgħodu is-sajf jinsab magħna u almenu għall-ġimgħat li ġejjin, se jippersisti bit-temperaturi għolja, tipikament assoċjati ma’ dan iż-żmien tas-sena.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Is-Servizz tas-Sigurtà Malti għandu taqsima apposta dedikata għall-ġbir ta’ informazzjoni rilevanti għall-investigazzjonijiet dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Dan joħroġ mir-rapport annwali tal-Kumitat Nazzjonali tas-Sigurtà għas-sena li għaddiet fejn jingħad…

Teknoloġija

Il-kumpanija tat-telekomunikazzjoni Melita nediet ċentru ġdid tad-data kif ukoll pjattaforma tal-Internet of things. Permezz ta’ din it-teknoloġija, numru ta’ oġġetti fid-dar jistgħu jiġu mqabbda mal-internet biex jiġu kkontrollati minn fuq…

Politika

Fil-Belt l-għaqdiet Repubblika u Occupy Justice organizzaw protesta fejn talbu li l-parlamentari jwarrbu lil Joseph Muscat minn Prim Ministru, jekk dan ma jirriżenjax minn jeddu.  Qalu li l-Prim Ministru missu…

Lokali

Għall-ewwel darba, l-Ungerija għandha preżenza diplomatika permanenti f’Malta permezz ta’ konsolat fil-Belt Valletta. Fl-inawgurazzjoni, il-Ministru tal-Affarijiet Barranin u l-Kummerċ tal-Ungerija qal li pajjiżu qed jappoġġja l-kandidatura ta’ Malta biex tiġi…

Aktar