Barranin
Intalbu jħallsu A$16,000 biex iżuru lil missierhom li qed imut fl-Awstralja

Erbat itfal fl-Awstralja li xtaqu jżuru lil missierhom qabel imut bil-kanċer kellhom jiffaċċjaw ħafna ostakli minħabba r-restrizzjonijiet marbuta mal-Covid-19.

Il-missier jgħix fi Brisbane, li taqa’ fit-territorju ta’ Queensland, waqt li uliedu jgħixu f’Sydney, li hija parti minn New South Wales. Territorji differenti huma liberi li jimponu r-restrizzjonijiet tagħhom, inkluż fuq l-ivjaġġar.

Il-missier kien infurmat mill-awtoritajiet ta’ Queensland li kellu jagħżel biss wieħed mill-erba’ wliedu biex iżuru, iżda wara li saret pressjoni, din id-deċiżjoni ġiet irtirata u l-erba’ wliedu tħallew iżuruh kollha.

Ġara iżda li kellhom jiltaqgħu ma’ intopp ieħor, għaliex biex iżuru lil missierhom se jkollhom iqattgħu ġimagħtejn fi kwarantina obbligatorja ġo lukanda, li se tiswihom A$16,000. Il-qraba qalu lill-midja li qed jintalbu jħallsu iktar flus biex jarawh qabel imut milli se jkollhom iħallsu biex jidfnuh.

Il-familja talbet l-għajnuna tal-pubbliku biex tkun tista’ tagħmel din iż-żjara possibbli, u fi żmien qasir inġabru xejn inqas minn A$200,000. Il-Prim Ministru Scott Morrison ukoll ta donazzjoni ta’ A$1,000.

L-awtoritajiet ta’ Queensland iddefendew dawn ir-restrizzjonijiet stretti, għax huma intenzjonati li jipproteġu lir-residenti, l-iktar dawk vulnerabbli.

Aħbarijiet Oħra

L-Awstralja rnexxielha tirreġistra rekord bl-inqas każijiet ta’ Covid-19 fi tlett xhur, fejn irrapportat biss 18-il każ ġdid. Fl-istat ta’ Victoria li kien meqjus bħala l-epiċentru għall-virus irreġistra biss 14-il każ…

Il-kumpannija TikTok fl-Istati Uniti qalet li ftehim bejn il-kumpannija Ċiniża u dawk Amerikani Oracle u Walmert wassal biex dan l-app tant popolari mat-tfal, żgħażagħ u anki adulti jibqa’ jopera fl-Istati…

Il-President Amerikan Donald Trump qal li l-ġimgħa d-dieħla se jinnomina mara biex timla l-post vakanti tal-Imħallef tal-Qorti Suprema Ruth Bader Ginsburg li mietet jumejn ilu fl-età ta’ 87 sena. Ġimgħat…

Il-Ministeru għas-Saħħa għadu kemm ġie infurmat li anzjan ta’ 86 sena miet waqt li kien pożittiv bil-Covid-19. L-anzjan kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fl-14 ta’ Settembru. Huwa baqa’ jingħata kura f’residenza…

Aktar