Qorti
Interdettjat wara li xxaħħam għal kaxxa xorb tar-Ramadan

Philip Grech ta’ 64 sena minn Ħaż-Żebbuġ, uffiċjal tad-Dwana rtirat ġie interdettjat u ngħata xogħol komunitarju wara li aċċetta li jixxaħħam u aċċetta xarba ħelwa.

Huwa ammetta li aċċetta li jixxaħħam minn raġel Libjan biex iħallih jidħol f’żona ristretta tal-ajruport fis-sezzjoni tal-merkanzija.

Fl-2016, il-Prosekuzzjoni  dakinhar immexxija mill-ispettur Jonathan Ferris, qalet lill-Maġistrat kif nhar il-5 ta’ Settembru, 2013, raġel Libjan kien osservat dieħel f’żona ristretta u jieħu diversi kaxxi mingħajr ma ġie mwaqqaf mill-uffiċjali tad-Dwana.

L-uffiċjal tad-Dwana qal li l-Libjan kien qed jieħu 12-il kaxxa minn fuq it-trolley madankollu fuq il-kameras dehru 11 biss.  Wara tfittxija l-kaxxa n-nieqsa nstabet fl-uffiċċju tal-akkużat. Huwa qal li din ix-xarba tinxtorob minn persuni Musulmani matul il-perjodu tar-Ramadan. Spjega li kien ingħata din il-kaxxa bħala ħlas talli ħalla lil-Libjan jidħol.

Fid-deċiżjoni tagħha l-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech qalet li qed tieħu f’kunsiderazzjoni l-akkużi, li dam biex ammetta u li l-każ seħħ fl-2013. Hija sabitu ħati u tagħtu 65 siegħa xogħol komunitarju u interdizzjoni ġenerali perpetwa. Huwa ġie ordnat ukoll iħallas €742 fi spejjeż.

Għall-akkużat deher l-avukar Stefano Filletti.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Żewġ xufiera ta’ coaches dalgħodu rrikorrew għall-kura f’ċentru tas-saħħa wara ħabta fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.00am bejn coach tal-Aviaserv u coach tal-AirMalta, li ma kinux qed iġorru…

Xogħol

Il-Ministru Edward Zammit Lewis, filwaqt li nieda l-Premju Nazzjonali Ħaddiem tas-Sena, qal li l-ekonomija tistrieħ fuq il-ħaddiem, u li dan il-premju jirrikonoxxi l-bżulija. Iċ-Chairperson tal-kumitat organizzattiv, Angela Agius, spjegat li…

Kultura

Waqt konferenza tal-aħbarijiet tħabbar il-kunċert innovattiv bis-sehem tal-mużiċisti tal-banda, Ħuġġieġa tal-Banda 12th May b’għajnuna ta’ fondi mill-Kunsill Malti għall-Arti. Il-banda 12th May ta’ Ħaż Żebbuġ bħalissa qed tipprepara għall-proġett Ħuġġieġa,…

Sigurtà

Il-kumpanija ARMS iċċarat li l-ħaddiema tagħha li jintbgħatu jaqraw il-meters tad-dawl u l-ilma jridu jkunu lebsin l-uniformi kif tidher fir-ritratt. TVM infurmat li fl-aħħar ġimgħat xi residenti esprimew tħassib dwar…

Aktar