Lokali
Interess qawwi fit-turiżmu reliġjuż Malti mill-Amerikani u l-Ewropej – Ministru Mizzi

Konferenza internazzjonali mifruxa fuq jumejn organizzata mill-Awtorità tat-Turiżmu, qed tħares lejn kif tista’ tintroduċi t-turiżmu reliġjuż lejn Malta. Dan it-tip ta’ turiżmu jkompli jsaħħaħ l-istrateġija tal-awtorità biex it-turiżmu lejn Malta jkun mifrux matul is-sena kollha.

Fil-ftuħ tal-konferenza, il-Ministru tat-Turiżmu Konrad Mizzi qal li hemm interess qawwi fit-turiżmu reliġjuż b’mod partikolari mis-swieq Amerikani u ċerti swieq fl-Ewropa. B’6,000 sena ta’ wirt reliġjuż, mit-tempji preistoriċi u r-ritwali li kienu jsiru, sal-fidi Kattolika li nħaddnu llum, Malta tista’ tattira turisti sabiex jgħixu esperjenza spiritwali.

Fost il-possibilitajiet hemm il-ħajja fil-kunventi, irtiri jew medjazzjoni bl-għajnuna ta’ dawk nvoluti fit-turiżmu reliġjuż bil-għan li din in-niċċa turistika tħalli dħul għall-ekonomija Maltija u fl-istess ħin tagħti l-ħajja lill-artifatti marbuta ma’ dan it-tip ta’ turiżmu.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Din hija ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-ġurnali tal-lum l-Erbgħa 20 ta’ Ġunju 2018: THE MALTA INDEPENDENT jirrapporta li l-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna lbieraħ esprima l-fiduċja tiegħu fil-ħaddiema tal-Financial Intelligence Analysis…

Lokali

Il-Parlament ta l-approvazzjoni finali għall-emendi fil-liġi dwar il-protezzjoni tal-embrijun li ghaddew b’34 vot favur u 27 vot kontra. Qabel ittieħed il-vot, il-Whip tal-Gvern informa lill-Kamra li tliet deputati tal-Gvern kienu…

Lokali

Wieħed mill-istilisti magħrufa tal-kantanta internazzjonali Lady Gaga, l-istilist mill-Kroazja, Matija Cop li nġieb Malta f’attività edukattiva għall-istudenti tal-MCAST mill-Fondazzjoni, Malta Chamber of Fashion. F’Malta wieħed mill-istilisti li taħdem miegħu l-kantanta…

Lokali

Mara ta’ 58 sena qaltilna li ilha priġuniera ġo darha għal dawn l-aħħar 9 snin għax minħabba mard ma tiflaħx tinżel żewġ sulari taraġ. Il-mara, Rita Gatt hija armla b’erbat’…

Aktar