Barranin
Internazzjonali: 50 tifel u tifla salvati minn ċirku ta’ pedofelija

L-Interpol għadha kemm kixfet ċirku internazzjonali ta’ pedofelija li kien qed ixerred ritratti fuq l-internet ta’ tfal qed jiġu abbużati sesswalment.

Bis-saħħa tax-xogħol tal-Interpol, mal-50 tifel u tifla ġew salvati minn dan l-abbuż filwaqt li 9 pedofeli nkixfu u mistennija jitressqu l-Qorti.

Madanakollu, il-pulizija jemmnu li għad hemm madwar 100 tifel u tifla oħrajn li għadhom qed isofru minn dan l-abbuż u t-tfittxija għalihom biex jinstabu għadha għaddejja.

Il-pedofeli nqabdu fit-Tajlandja, l-Awstralja u l-Istati Uniti. Jaħdmu fuq il-każ hemm pulizija minn madwar 60 pajjiż.
Aħbarijiet Oħra
Barranin

Ta’ kull filgħodu Vinod Kapri, Indjan li jaħdem fix-xena tal-films minn New Delhi jiċċekkja Twitter. Biss ftit kien jaf li dik it-tfittxija fuq Twitter mhix tas-soltu u se tibdillu ħajtu….

Barranin

F’Toronto l-Kanada, erba’ persuni indarbu fi sparar li seħħ waqt ċelebrazzjoni għar-rebħa tat-tim tal-Basketball Toronto Raptors. L-attakk seħħ matul il-jum, waqt li eluf ta’ nies entużjasti għal dan it-tim tal-basketball…

Barranin

L-ex president Eġizzjan Mohammed Morsi miet fil-Qorti waqt li kienet qed tinstema x-xhieda kontrih. Morsi ħassu ħażin u miet fl-awla. Morsi, li kellu 67 sena, kien qed jattendi smigħ tas-seduta…

Barranin

Dokument ippubblikat illum mill-Vatikan ħabbar l-intenzjoni li s-sinodu jiddiskuti l-possibiltà li rġiel miżżewġa f’partijiet mill-Amerka Latina jitħallew jidħlu għas-saċerdozju. Il-materja se tittella’ quddiem is-sinodu, li se jitlaqqa’ f’Ottubru li ġej,…

Aktar