Barranin
Internazzjonali: Tilef ħajtu f’titjira wara li bela’ 264 borża kokaina

Raġel tilef ħajtu waqt titjira mill-Ġappun lejn Mexico City wara li bela’ 264 borża kokaina.

It-titjira, li kienet fi triqitha lejn l-Ajruport Internazzjonali Ġappuniż, kellha tagħmel inżul ta’ emerġenza fil-Messiku meta r-raġel bdew ituh attakki tal-epilessija.

L-Awtoritajet qalu li r-raġel miet kawża ta’ overdose wara li nfaqgħu xi boroż li fl-awtopsja nstabu fl-istonku u fl-intestini. L-invesitgazzjonijiet għadhom għaddejjin.