Budget2021
Internet b’xejn lil studenti li jkomplu jistudjaw wara s-sekondarja

Fejn tidħol l-edukazzjoni, il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna ħabbar li l-Gvern se jagħti aċċess għall-internet b’xejn, għal sena sħiħa, lil dawk l-istudenti li jagħżlu li jkomplu jistudjaw wara li jtemmu l-istudji tagħhom fis-sekondarja u l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla, se tkun qed tirregolarizza l-edukazzjoni provduta online.

Sabiex tissaħħaħ l-esperjenza edukattiva għat-tfal, se jiġu offruti sessjonijiet online għall-ġenituri biex flimkien mal-għalliema, jikkontribwixxu fl-edukazzjoni ta’ wliedhom.

Se jsir investiment f’Autism Units fl-iskejjel Sekondarji Medji, fejn ikun hemm klassi mgħammra b’attrezzaturi apposta li jindirizzaw il-ħtiġijiet ta’ studenti bl-awtiżmu u proġett pilota, fejn studenti se jagħmlu l-eżamijiet tas-SEC fl-istess skola li preżentament jattendu.