Annimali
Intervent f’waqtu biex isalvawhom minn ħalq il-mewt

Salvati mill-ħalq il-mewt ħamest iqniefed li kienu fil-periklu li jitgħaffġu mill-karozzi wara li spiċċaw mingħajr l-ambjent naturali tagħhom.

Dan hekk kif voluntiera ta’ Nature Trust Malta, residenti u uffiċċjali tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) marru jneħħu lill-qniefed mill-inħawi fejn kienu qed isiru x-xogħlijiet fl-aħħar jiem fi Triq l-Imdina f’Ħ’Attard fejn qed jinqalgħu xi siġar.

Filwaqt li ppubblikat dan ir-ritratt, l-għaqda Nature Trust Malta qalet fuq is-siti soċjali li qed tagħmel pressjoni biex l-awtoritajiet isiru iktar proattivi u jippjanar ir-rilokazzjoni tal-annimali li jgħixu fis-selvaġġ qabel ma jsiru xi xogħlijiet biex jiġu evitati dat-tip ta’ sitwazzjonijiet.

L-għaqda ambjentali aġixxiet wara diversi rapporti li rċeviet dwar dawn il-qniefed li spiċċaw fit-triq waqt li qed jitneħħew is-siġar fi Triq l-Imdina.

Ir-rapporti jistgħu jsiru wkoll lill-ERA fuq in-numru t’emerġenza 99210404.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Tfajla ta’ 19-il sena mid-Danimarka spiċċat misruqa lbieraħ fil-23:30, fil-Gżira. Is-serqa seħħet fi Triq ir-Rebħa, fil-Gżira meta raġel allegatament heddidha b’oġġett jaqta u bil-ponta waqt li kienet qed tpejjep barra…

Kronaka

Matul il-lejl żewġ karozzi ħadu n-nar f’żewġ lokalitajiet differenti. Għall-ħabta tas-siegħa ta’ dalgħodu, il-pulizija kienet infurmata li fi Triq in-Naħal f’ Ħal Qormi vettura tat-tip Toyota Vitz ħadet in-nar. Dwar…

Lokali

Wara laqgħa li kellhom illejla s-sidien tal-pompi tal-petrol msieħba fil-GRTU, ftehmu li minn għada mhux se jħallu s-servizz tal-fuel bl-automatic. Dan ifisser li s-sevizz mill-pompi se jkun sas-sitta ta’ filgħaxija,…

Aktar