Intlaħaq ftehim bejn il-GWU u l-MPT dwar il-pagi tax-xufiera

Il-General Workers’ Union u l-management tal-Malta Public Transport laħqu ftehim bejniethom li se jkun qed ineħħi d-diskrepanzi eżistenti fil-pagi tax-xufiera. Dawn id-diskrepanzi se jitneħħew mhux aktar tard mill-aħħar tax-xahar id-dieħel.

Fi stqarrija l-GWU qalet li dan il-ftehim seta’ daħal fis-seħħ ferm aktar qabel, iżda ma setax ikun implimentat minħabba mandat li l-UĦM kienet għamlet fil-Qorti. Qalet ukoll li l-Qorti kienet iddeċiediet kontra l-mandat tal-UĦM, u b’hekk ix-xufiera issa se jkunu qed igawdu mill-kisbiet li wettqet il-GWU.

Sostniet li dan il-ftehim, li huwa effettiv minn Jannar li għadda, jipprovdi biex jitneħħew id-diskrepanzi eżistenti fil-pagi u li se jkun hemm inċentivi biex ix-xufiera jkomplu jtejbu l-ħiliet tagħhom.

Il-GWU qalet li hija kommessa li bħala l-union li tirrappreżenta l-maġġoranza tal-ħaddiema fil-Malta Public Transport fiż-żmien li ġej se tibda negozjati mal-management tal-MPT għal ftehim kollettiv ġdid li permezz tiegħu jkun hemm titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema kollha tal-kumpanija.

Aħbarijiet Oħra
Edukazzjoni

Fix-xhur tas-sajf, meta ħafna mill-iskejjel ikunu baħħ, il-Ministeru tal-Edukazzjoni ħa l-okkażjoni jwettaq xogħlijiet ta’ manutenzjoni u tisbiħ u faċilitajiet ġodda fi kważi 100 skola tal-Gvern madwar Malta u Għawdex. Ħafna…

Kultura

Għaddej ir-restawr tal-eqdem binja fil-Mellieħa . . . kumpless ta’ tmintax-il kamra li kienu nbnew biex joffru spazju għal ftit ħin ta’ mistrieħ lill-pellegrini li jżuru s-santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa. Il-qagħda…

Kostruzzjoni

L-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi (MDA) tikkundanna r-rimi illegali ta’ skart tal-kostruzzjoni f’postijiet pubbliċi. Dan l-assoċjazzjoni qalitu fi stqarrija wara t-tħassib li wera l-pubbliku fuq il-media soċjali, f’dak li għandu x’jaqsam mar-rimi ta’…

Lokali

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-Gvern ma jistax jindaħal biex iwaqqaf kawżi ċivili li jkunu nfetħu minn ċittadini privati jew minn terzi kontra ġurnalisti li jkunu ġew nieqsa u…

Aktar