Barranin
Investigat il-ħtif ta’ Eitan – it-tifel li għex fit-traġedja tal-cable car fl-Italja

L-awtoritajiet Taljani qed jinvestigaw dak li huwa meqjus bħala ħtif tat-tifel li kien involut fit-traġedja tal-cable car f’Mejju.

Eitan Biran ta’ 6 snin kien l-uniku wieħed li għex fost 14-il persuna, inkluż il-ġenituri, ħuh iż-żgħir u żewġ bużnanniet, li kienu f’cable car li waqgħet għal isfel f’Mottarone.

Fl-aħħar xhur mindu ħareġ mill-isptar, it-tifel kien qed jgħix maz-zija paterna fl-Italja, li ngħatat kustodja tat-tifel f’Ġunju.

Madanakollu n-nanniet materni, li jgħixu f’Iżrael, applikaw għall-adozzjoni u allegaw li t-tifel qed jinżamm “ostaġġ” fl-Italja, u li l-ġenituri tiegħu kienu qed jippjanaw li jmorru jgħixu l-Iżrael.

Is-Sibt li għadda n-nannu matern mar l-Italja biex iżur lin-neputi u qal li se jieħdu ħarġa miegħu, iżda minflok ħadu fuq private jet lejn Iżrael.

Iz-zija paterna, li kienet qed trabbi lil Eitan, qalet lill-midja li din hija traġedja oħra għaċ-ċkejken tagħhom.

Ara wkoll:

Fl-Italja: Iċ-ċkejken isaqsi bil-ħniena għall-ġenituri – nanntu u zitu ta’ spalla għalih