Trasport
Investigati ritratti fejn żewġ persuni jidhru fuq saqaf ta’ karozza tal-linja

Il-kumpanija tat-trasport pubbliku qalet li qed tinvestiga każ fejn żewġ persuni jidhru fuq saqaf ta’ karozza tal-linja fil-Ħamrun.

Ir-ritratti ttellgħu fuq il-midja soċjali, iżda mhuwiex ċar meta ttieħdu jew jekk humiex ġenwini.

Fi stqarrija taħt ir-ritratti, Malta Public Transport qalet li s-sigurtà hija prijorità u ma tittollerax imġieba bħal din.

Żiedet li kienet infurmat lill-awtoritajiet kompetenti bil-każ biex jinvestigaw, u talbet lil kull min għandu tagħrif dwar il-każ biex jagħmel kuntatt mal-kumpanija billi jibgħat messaġġ fuq il-paġna ta’ Facebook Tallinja.

Ritratti: Malta Theory Test – Facebook

Aħbarijiet Oħra

Imnedija t-30 edizzjoni tal-Malta Journalism Awards, bi 18-il kategorija maħsuba biex jippremjaw l-isforzi tal-ġurnalisti fil-ħidma tagħhom u fl-istess waqt ikompli jgħolli l-livell tal-ġurnaliżmu lokali.  Il-Kummissjoni Malta Journalism Awards fi ħdan…

Malta rratifikat it-Trattat dwar il-Projbizzjoni tal-Armi Nukleari. Għal Malta ffirma l-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej, Evarist Bartolo. L-istrument tar-ratifika ġie preżentat fin-Nazzjonijiet Magħquda fi New York mill-Ambaxxatriċi Vanessa Frazier, Rappreżentant…

Aktar