Lokali
AĠĠORNAT: Il-Pulizija kienet diġà ħadet il-passi dwar il-każ tal-istudent li ffilmja edukatur

Il-każ tal-allegat abbuż sesswali verbali li wettaq student fuq l-edukatur tiegħu, li filmat tiegħu qed idur fuq il-media soċjali, imur lura għall-2017 u l-Pulizija diġà ħadet passi dwaru.

Kienet l-MUT li għamlet rapport lill-Pulizija u immedjatament wara l-Ministru għall-Edukazzjoni Justyne Caruana talbet lis-Segretarju Permanenti biex jinvestiga l-każ u jieħu l-passi dixxiplinarji meħtieġa.

Wara li bdiet l-investigazzjoni s-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Edukazzjoni nforma lill-MUT li l-filmat imur lura għall-2017 kien investigat u li ttieħdu l-passi mis-Sezzjoni tas-Cybercrime tal-Pulizija.

L-MUT rreaġixxiet għal dan l-iżvilupp biex nsistiet li għandhom jittieħdu l-passi neċessarji biex il-filmat ma jibqax jiġi ċċirkolat.