Annimali
Investigazzjoni dwar klieb li traqqdu mill-Animal Welfare

L-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Ħarsien tal-Annimali qed jinvestiga l-każijiet li fihom l-Animal Welfare raqqdet il-klieb.

Alison Bezzina, li tmexxi l-imsemmi uffiċċju, iddikjarat li d-Direttorat tal-Animal Welfare mhux obbligat bil-liġi jinfurmaha minn qabel li jkun se jraqqad xi kelb.

Hija stiednet lill-membri tal-pubbliku li jixtiequ jgħinu f’din l-investigazzjoni biex jikkuntattjawha permezz tal-email [email protected]

Il-Kummissarju għall-Ħarsien tal-Annimali żiedet li malli tlesti l-inkjesta r-rapport se jkun pubbliku.