Lokali
Investigazzjoni dwar sejba ta’ “arma tan-nar” fl-iskola sekondarja taż-Żejtun

Oġġett suspettuż forma t’arma tan-nar instabet fl-iskola sekondarja taż-Żejtun.

L-arma nstabet illum waranofsinhar f’bank tal-klassi u skont sorsi ta’ TVM din l-arma tispara blanks.

Fi stqarrija l-Ministeru tal-Edukazzjoni qal li “t-tmexxija tal-Iskola Sekondarja taż-Żejtun innotat oġġett suspettuż li wara azzjonijiet immedjati li ttieħdu rriżulta li kellu għamla ta’ arma tan-nar u li dan ma kienx reali”.

L-istqarrija tgħid li l-Kap tal-Iskola rrapporta minnufih lill-pulizija u nfetħet investigazzjoni biex jiġi stabbilit x’wassal biex din tkun fl-iskola. Il-Ministeru tal-Edukazzjoni qal li se jibqa’ jsegwi u jappoġġja lit-tmexxija tal-iskola biex jittieħdu l-passi neċessarji kollha.

Il-Maġistrat Yana Micallef Stafrace qed tmexxi inkjesta.