Budget2021
Investiment fl-infrastruttura tal-ħabs biż-żieda tal-popolazzjoni fih

Fid-dawl taż-żieda fil-popolazzjoni tal-ħabs, se jsir aktar investiment fl-infrastruttura biex jintuża b’aħjar u b’mod iktar effettiv l-ispazju tal-faċilitajiet korrettivi.

Il-Ministru Scicluna qal li se jinxtraw vetturi ġodda bil-għan li l-iskorti tal-priġunieri lejn il-Qorti jkunu iktar siguri, inkluż għall-uffiċjali korrettivi nfushom. Fl-istess ħin tkompli tissaħħaħ is-sistema tas-CCTV fil-ħabs.

Se tissaħħaħ it-taqsima tal-psikoloġija u jitħaddem programm għal young offenders. Fl-istess ħin se tkun qed tibda taħdem l-Aġenzija għall-Vittmi tal-Kriminalità li għandha l-għan li tiġbor
taħt saqaf wieħed diversi servizzi għall-vittmi tal-kriminalità filwaqt li tintroduċi oħrajn ġodda