Ambjent
Investiment ta’ €1 miljun biex jitħawlu aktar minn 6,700 siġra sal-aħħar tal-2019

B’investiment ta’ miljun ewro l-Ministeru tal-Infrastruttura ser iwettaq proġett għat-tħawwil u l-kultivazzjoni ta’ 6,700 siġra f’44 lokalità. Wieħed mil-lokalitajiet magħżula hija l-Forti Rinella fejn diġà tħawlu bosta sigar. Il-Ministru tal-Infrastruttura Ian Borg qal li bħala parti minn dan il-proġett ta’ afforestazzjoni li ser ipatti għas-siġar li qed jinqalu fuq proġetti infrastruttali diġà tħawlu aktar minn elfejn siħra u l-kumplament ser jitħawlu sal-aħħar tas-sena.

Fix-xhur li ġejjin il-Forti Rinella ser tingħata dehra ġdida li tikkumplimenta l-istorja li għaddiet minnha din il-binja storika. Fl-għelieqi tal-madwar qed jitħawlu għexieren ta’ siġar bl-għajnuna finanzjarja li qed tagħti Infrastructure Malta minn fond ta’ miljun ewro għal tħawwil tas-siġar.

Mario Farrugia qal “illum qegħdin nikkreaw abitat li jmur għal żoni kostali. L-idea hija li l-esperjenza li żżur il-Forti Rinella ma tkunx waħda limitata għall-istorja tal-post iżda tkun waħda estiża wkoll għall-element naturali li wieħed isib f’dawn iċ-ċirkustanzi”.

Sal-aħħar tas-sena Infrastructure Malta permezz ta’ dan il-proġett ser tħawwel 6,700 siġra f’44 lokalità. Il-proġett huwa ppjanat li mhux biss jitħawlu s-siġar iżda li dawn jiġu kultivati b’sistema ta’ tisqija u b’nies li jieħdu ħsiebhom.

Il-Ministru tal-Infrastruttura Ian Borg qal li l-proġetti kapitali li qed isiru huma meħtieġa għall-pajjiż u l-ippjanar tagħhom qed isir biex tingħata spinta ambjentali għax dan ukoll huwa meħtieġ għas-saħħa umana. Dr Borg qal li għalkemm se jitneħħew 800 siġra f’dawn il-proġetti tat-toroq innota li l-ħafna minnhom ma kinux indiġeni.

Il-Ministru Borg qal “diġà fis-skiet tħawlu 2,200 siġra fl-aħħar ġimgħat biss. Is-siġar jekk tieħu ħsiebhom bħal mhu qed tagħmel Infractructure Malta bit-tisqija u tara li tħawwel liema siġra indiġena li jkun jixraq lil dak il-post. Jiena konvint li l-poplu qed japprezza dan il-bilanċ li qed jintlaħaq. Ovvjament inkomplu naħdmu mhux biss nindirizzaw l-isfida tat traffiku imma indirettament inkunu qegħdin nindirizzaw sfida akbar dik tal-emmissjonijiet”

Il-Ministru Borg spjega li l-proġett ta’ tħawwil tas-siġar diġà beda fi 13-il lokalità u qed jitħawlu siġar indiġini fosthom il-ħarruba, il-lewża, iż-żebbuġa u z-znuber.

Aħbarijiet Oħra
Immigrazzjoni

Il-President Emeritu, Marie Louise Coleiro Preca, qalet li s-soċjetà Maltija għandha tagħmel dak kollu possibbli biex toħnoq id-diskors ta’ mibegħda. Hija kienet qed titkellem fid-dawl ta’ rapport minn The Times…

Sport

Matul it-tliet ijiem li ġejjin, l-atleti u l-uffiċjali ta’ Special Olympics Malta se jingħataw taħriġ minn ex Champion Olimpika Amerikana tal-għawm, Donna de Varona u tliet mibgħuta speċjali tal-isport mill-Istati…

Parlament

Illejla fil-Parlament qed isir id-diskors tal-Prim Ministru Joseph Muscat b’reazzjoni għall-baġit. Dan wara li lbieraħ sar id-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia. Id-diskors tal-lum qed jixxandar dirett fuq l-istazzjon TVM u fuq…

Lokali

Mal-ħmistax-il muniċipalità u organizzazzjonijiet minn pajjiżi fl-Ewropa qed jieħdu sehem fi programm tal-Unjoni Ewropea li fih jaqsmu l-esperjenzi tagħhom dwar il-kultura. Flimkien mal-lokalità ta’ Ħal Safi, lokalitajiet mill-Ġermanja, l-Italja, l-Estonja…

Aktar