Lokali
Investiment ta’ €28.5 miljun minn fondi Ewropej biex jonqos it-traffiku

B’ investiment ta’ €28.5 miljun minn fondi tal-Unjoni Ewropea se jsiru erba’ proġetti infrastrutturali fis-settur tat-trasport.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej u Djalogu Soċjali, Aaron Farrugia ħabbar li se jiżdiedu tliet rotot ġodda fis-servizz tat-trasport bil-baħar b’hekk tiżdied il-konnettivita’ bil-baħar minn Ta’ Xbiex, San Ġiljan u San Pawl il-Baħar hekk kif se jinbnew mollijiet f’dawn it-tliet lokalitajiet. Se jsir ukoll xogħol fuq il-mollijiet, fejn se jiġi stallati xelters għall-passiġieri u rampi li jtejbu l-aċċess ghal persuni b’diffikulta ta’ mobbiltà.

Proġett ieħor huwa maħsub biex iħajjar l-ivvjaġġar bir-rota. Dr Farrugia qal li se jsiru rotot ġodda apposta għaċ-ċiklisti mill-Belt għal San Ġiljan u mill-Mosta għall-Università. Spjega li se tingħata attenzjoni biex jonqos il-periklu għaċ-ċiklisti li jagħżlu dawn ir-rotot fosthom permezz ta’ titjib fil-kwalità tad-dawl u l-wiċċ tat-toroq, prijorità għaċ-ċiklisti u tnaqqis fil-limitu tal-veloċità tal-vetturi biex is-sewqan ma jkunx ta’ periklu għaċ-ċiklisti.

Se jsir ukoll investiment fiċ-Ċentru Nazzjonali għall-Kontroll tat-Traffiku fost oħrajn bl-istallazzjoni ta’ mitt kamera ta’ sigurtà f’ sebgħa u għoxrin lokalità f’Malta. Is-Segretarju Parlamentari Farrugia qal li Transport Malta se tinvesti f’ immaniġġjar aħjar tat-traffiku, li tagħti prijorità lill-vetturi tat-trasport pubbliku.

B’dawn il-fondi se jsir ukoll proġett pilota li qed jissejjaħ zero carbon public transport. “Issa qed inħarsu lejn metodi alternattivi ta’ transport, jiġifieri l-għan tagħna huwa li nużaw l-assi ta’ pajjiżna jiġifieri l-baħar, is-cycling corridors u t-trasport pubbliku li għandna bżonn biex inaqqsu iktar karozzi minn fuq it-toroq,” qal Dr Farrugia.

Is-Segretarju Parlamentari Farrugia qal li dawn il-proġetti għandhom ikunu lesti kollha sal-2020. Huwa qal li flimkien ma’ proġetti oħra bħal junction tal-Kappara u tal-Marsa l-investiment fit-titjib tal-infrastruttura tat-trasport ser jilħaq l-120 miljun ewro.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Din hija ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-ġurnali tal-lum l-Erbgħa 20 ta’ Ġunju 2018: THE MALTA INDEPENDENT jirrapporta li l-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna lbieraħ esprima l-fiduċja tiegħu fil-ħaddiema tal-Financial Intelligence Analysis…

Lokali

Il-Parlament ta l-approvazzjoni finali għall-emendi fil-liġi dwar il-protezzjoni tal-embrijun li ghaddew b’34 vot favur u 27 vot kontra. Qabel ittieħed il-vot, il-Whip tal-Gvern informa lill-Kamra li tliet deputati tal-Gvern kienu…

Lokali

Wieħed mill-istilisti magħrufa tal-kantanta internazzjonali Lady Gaga, l-istilist mill-Kroazja, Matija Cop li nġieb Malta f’attività edukattiva għall-istudenti tal-MCAST mill-Fondazzjoni, Malta Chamber of Fashion. F’Malta wieħed mill-istilisti li taħdem miegħu l-kantanta…

Lokali

Mara ta’ 58 sena qaltilna li ilha priġuniera ġo darha għal dawn l-aħħar 9 snin għax minħabba mard ma tiflaħx tinżel żewġ sulari taraġ. Il-mara, Rita Gatt hija armla b’erbat’…

Aktar