Sport
Investiment ta’ €5.2 miljun għal żewġ faċilitajiet sportivi

Sa ftit aktar minn ssentejn oħra, Sport Malta qed tippjana li tlesti żewġ faċilitajiet sportivi wieħed għat-tennis f’Pembroke u ieħor għall-isquash u weightlifting fil-Marsa.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Sport Malta Mark Cutajar qal li l-faċilità li għaliha diġà hemm il-permessi ser ikollha tmien courts tal-ogħla livell bil-għan li jiġu attirati tournaments internazzjonali. Dan se jsir b’investiment ta’ aktar minn żewġ miljun ewro u se jintuża wkoll għal-logħob tal-pajjiżi ż-żgħar. It-tennista internazzjonali Maltija Elaine Genovese qalet li kull tennista jistenna bil-ħerqa li jkollu tennis courts iktar professjonali.

Elaine Genovese qalet “importanti bħala tennisti li jkollna bażi fejn nittrejnjaw u jsiru tournaments flok insiefru barra minn Malta”.

Is-Sur Cutajar qal li fil-Marsa, minbarra li f’Mejju se jsir grawnd bit-terf naturali, Sport Malta b’investiment ta’ €3 miljun oħra ser tibni tmien courts għall-isquash u faċilità oħra għall-weightlifting. Is-Sur Cutajar qal li fil-Marsa, SportMalta se tibni ċentru għat-taħriġ fiżiku u courts għan-netball. Jesmond Cutajar mill-Federazzjoni tal-Weightlifting qal li jqis dan l-investiment ta’ ġid kbir għat-tfal u żgħażagħ li qed jitħarrġu f’dan l-isport.

Jesmond Cutajar qal “dan it-taħrig tat-tfal jagħti spinta lill-ġenerazzjoni żagħżugħa biex jikbru fl-isport”.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Isport Clifton Grima qal li fil-ġimgħat li ġejjin se tiġi varata l-istrateġija nazzjonali għall-isport u se tibda ħidma biex l-atleti u l-coaches jaħdmu fuq bażi full time għax b’hekk biss Malta tista’ tilħaq livelli internazzjonali.

Clifton Grima qal “qed nitkellmu mal-Kumitat Olimpiku Malti u nikkonferma li hemm dixxiplini b’investiment fuq il-coaching biex inġibu livelli internazzjonali.”

Iċ-Ċermen ta’ SportMalta Luciano Busuttil qal li dawn il-proġetti qed isiru b’sinerġija mal-għaqdiet sabiex kull proġett ikun tal-ogħla livell.

Aħbarijiet Oħra
Storja

Magna ta’ ajruplan tal-gwerra, li possibilment iġġarraf fit-Tieni Gwerra Dinija, kienet irkurprata minn qiegħ il-baħar fil-bokka tal-Port il-Kbir wara ħidma konġunta bejn l-Università ta’ Malta, Heritage Malta u l-Forzi Armati….

Teknoloġija

Wara l-ajruplani, issa anke l-vetturi bdew jiġu jiġu mgħammra b’kaxxa sewda, li normalment tkun f’nofs il-vettura. Għalkemm s’issa din mhijiex obbligatorja, aktar manifatturi tal-karozzi qed jinkluduha. Fost aktar miżuri biex…

Infrastruttura

Waħda mill-kawżi ewlenin ta’ ħruġ ta’ drenaġġ fit-triq u fil-baħar ġejja minn katusi tal-ilma tax-xita li qed jitqabbdu direttament mas-sistema tad-drenaġġ. Jirriżulta li ħafna ma jafux li dan hu l-każ…

NGOs

Seba’ għaqdiet mhux governattivi Maltin se jwettqu tmien proġetti fl-Afrika bl-għajnuna ta’ madwar nofs miljun ewro mill-programm tal-għajnuna għall-iżvilupp tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin. Il-proġetti jvarjaw minn skola ġdida għall-bniet f’żona rurali…

Aktar