Lokali
Investiment ta’ €530,000 f’vetturi u inġenji agrikoli ġodda

Dipartimenti u direttorati li jagħmlu parti mis-Segretarjat Parlamentari għall-Biedja, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali għandhom flotta ta’ vetturi u inġenji agrikoli ġodda wara investiment ta’ €530,000.

Il-flotta tinkludi trakkijiet, vannijiet, gafef, tractors u karozzi li jaħdmu bl-elettriku għal għaxar dipartimenti u direttorati fis-Segretarjat Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali.

Is-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes qal li kien hemm nuqqas ta’ makkinarju u tagħmir, bix-xiri ta’ 27 vettura għall-ġarr, inġenji għar-raba’ u vetturi għall-ispezzjonijiet se jgħinu biex il-ħaddiema jkollhom l-għodda biex jaħdmu. Semma bħala eżempju li l-aħħar li nġieb tagħmir ġdid fir-razzett tal-gvern fl-għammieri kien fis-snin sebgħin. Qal li minbarra li dan il-makkinarju qdiem u spiċċa, it-teknoloġija nbidlet u kien jeħtieġ tagħmir ġdid.

Id-Direttur Ġenerali għall-iżvilupp Rurali, Mario Spiteri, spjega li l-vetturi huma diversi, ħafna minnhom speċjalizzati u attrezzati b’tagħmir speċjali fil-kabina, biex min ikun qed joperahom, ikun protett.

“Hemm vetturi li jistgħu jintużaw biex jiġu ttrimjati s-siġar, b’dawk li jgħidulhom cherry pickers, attrezzati mhux biex isir xogħol biss, imma għandhom l-aspett tas-sigurtà għal min ikun qed joperahom.”

Dr Spiteri spjega li dawn se jkunu qed jintużaw għal ħidma fil-Buskett, fid-diversi parks, uħud anki biex jintużaw mid-dipartiment tas-sajd fost dipartiment oħrajn.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Ilhom snin twal ikerrħu l-ambjent f’ċerti inħawi, iżda huma meħtieġa biex jitwassal servizz essenzjali: l-elettriku. Qed nirreferu għal arbli fil-kampanja b’cables imdendla magħhom. Li fihom tajjeb hu li jista’ jasal…

Lokali

Il-midja Taljana qed tkompli tirrapporta bi prominenza l-arrest ta’ Darren Debono ta’ 43 sena, li nqabad f’lukanda f’Lampedusa wara li kien imfittex b’rabta ma’ kuntrabandu tal-fjuwil mil-Libja. Debono, li kien…

Lokali

Jonathan Felice intbagħat disa’ snin ħabs wara li tilef l-appell b’rabta ma’ serqa bil-vjolenza li seħħet f’Ġunju 2006, meta huwa kien għad kellu 17-il sena. Dak iż-żmien anzjana ta’ 81…

Lokali

Il-Gvern ħabbar id-dettalji tar-rigal ta’ €1 miljun li se jkun offrut lil min jikxef informazzjoni konkreta li twassal biex ikun solvut il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Fi stqarrija l-Gvern qal…

Aktar