Edukazzjoni
Investiment ta’ €7 miljun biex l-MCAST issaħħaħ il-programm ta’ apprentistat

B’investiment ta’ seba’ miljun ewro, parti minnhom fondi Ewropej, il-Kulleġġ għall-Arti, Xjenza u Teknoloġija, l-MCAST, se jsaħħaħ il-programm ta’ apprentistat.

Id-Deputat Prinċipal tal-MCAST, Nadia Maria Vassallo spjegat li b’dan il-proġett se tinħoloq database tal-ħiliet meħtieġa fl-industrija li se tikkumplimenta dik li teżisti dwar l-opportunitajiet ta’ apprentistat.

“Biex inkunu qegħdin nosservaw dak li issa se tkun qed titlob minna l-liġi l-ġdida – il-work base learning act – ħa nkunu qegħdin nittrejnjaw anke nies fl-industrija biex meta l-istudenti tagħna jmorru fl-industrija bħala apprentisti jsibu fl-industrija mentors li huma trejnjati biex ikunu mentors.”

Il-proġett, li jiffoka fuq tagħlim fuq il-post tax-xogħol, qed isir b’kollaborazzjoni mal-Kamra tal-Kummerċ. Il-President tal-Kamra tal-Kummerċ, David Xuereb qal li dan se jindirizza d-distakk li hemm bejn il-ħtiġijiet tal-industrija u t-tħejjija tal-istudenti għad-dinja tax-xogħol.

“Hija l-interess tal-industrija li dan il-gap jonqos u m’hemm l-ebda mod ieħor ħlief li l-industrija xxammar il-kmiem tagħa u tipparteċipa fit-training tal-istudenti biex verament dan il-gap jiċkien għall-inqas qies possibbli.”

Il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Evarist Bartolo għamel referenza għal statistika li turi li aktar minn nofs l-istudenti universitarji u mal-40% tal-istudenti tal-MCAST jaħdmu waqt li qed jistudjaw. Innota iżda li mhux neċessarjament li x-xogħol li qed jagħmlu għandu x’jaqsam mal-istudji tagħhom/ Skont il-Ministru Bartolo wasal iż-żmien li jingħata għarfien ufficcjali lill-esperjenza ta’ xogħol li jagħmlu l-istudenti anke jekk dan ma jkollux x’jaqsam ma’ dak li qed jistudjaw.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

L-Orkestra Filarmonika ta’ Malta se terġa’ tikkollabora ma’ DJ Tenishia għal kunċert bla ħlas, is-Sibt 25 ta’ Lulju, fi Pjazza San Ġorġ il-Belt. Il-kunċert TEMPO se jġedded il-memorja ta’ ħafna…

Infrastruttura

Malta miżgħuda mini li tul is-snin tħaffru għal skopijiet differenti, fosthom għall-produzzjoni tal-ilma tal-pjan. L-aktar popolari x’aktarx huma dawk f’Ta’ Kandja, iżda inqas magħrufa u x’aktarx isbaħ minħabba l-istat naturali…

Sport

Il-Covid-19 ħarbtet il-programm ta’ għadd ta’ attivitajiet sportivi, mhux l-anqas tad-dilettanti tal-karozzi. Is-Sibt li għadda, taħt dawl artifiċjali u b’żiffa ħelwa sajfija, mijiet inġabru fit-trakka tal-Assoċjazzjoni Sport Muturi Karozzi biex…

Politika

Id-deputati li stqarrew li m’għandhomx fiduċja f’Adrian Delia qalu li se jibqgħu determinati li jġibu l-bidla meħtieġa fil-Partit Nazzjonalista u fil-pajjiż. Qalu li għat-tieni darba f’ġimgħa ġie kkonfermat li Dr…

Aktar