Stejjer Umani
“Inweġġgħu għax jaħsbu li t-tifel tagħna bl-awtiżmu bla dixxiplina”

Ġenituri ta’ tifel ta’ tliet snin u nofs bil-kundizzjoni tal-awtiżmu qalu li l-ikbar tbatija li jgħaddu minnha hi meta jsibu nies jikkritikaw l-aġir ta’ binhom għax jaħsbu li m’għandux dixxiplina. Fil-programm UMANI, l-omm tat-tifel Diego, qalet li se tistinka mhux biss biex ittejjeb ħajjet binha imma wkoll tipprova tagħmel differenza għal familji oħra bi tfal bl-awtiżmu.

Diego Tabone għandu bżonn attenzjoni bla waqfien, għax minħabba l-kundizzjoni qalila tiegħu tal-awtiżmu, jista’ jweġġa’. Ommu, Sefora qalet li għall-bidu ma setgħetx taċċetta l-kundizzjoni tant li meta ngħatat l-aħbar ħasset bħal qisha d-dinja se taqa’ fuqha.

Sefora Tabone qalet “dak il-ħin ħadtha kontrihom, qas naf kif soqt lura d-dar. Qisek dak il-ħin tintilef għax tħoss li hemm xi ħaġa mhux tas-soltu”.

Missieru, Godwin stqarr li saru ħafna avvanzi li huma ta’ għajnuna għalihom fosthom terapiji ġodda li jtejbu ħajjet binhom. Madankollu, l-ikbar weġgħa ta’ qalb hija meta n-nies jaħsbu li binhom huwa mqareb ħafna u li huma bħala ġenituri jħalluh jagħmel li jrid.

Godwin Tabone qal “tmur ġo ħanut kemm-il darba smajna, waqqfu ħi dat-tifel, kemm ħa jagħmel. Kemm-il darba kellna noqogħdu ħalqna magħluq”.

Emozzjonata, in-nanna tat-tifel, Vicky qalet li minkejja l-isfidi u taqtigħ ta’ qalb li tgħaddi minnu bintha u r-raġel tagħha, Diego huwa l-mimmi t’għajnejha.

Vicky Aquilina qalet “inħobbu b’imħabba speċjali, il-mimmi t’għajnejja”.

Sefora appellat lil min iħaddem biex jagħder ħaddiema li jkollhom tfal bl-awtiżmu, għax il-kundizzjoni hija iebsa ħafna.

Sefora qalet li minkejja d-diffikultajiet, Diego jagħtiha mħabba speċjali, u anki jekk taf li se tkompli tbati, tibqa’ ddeterminata li tagħti l-aħjar li tista’ lil binha waqt li tkompli tqajjem kuxjenza fuq l-awtiżmu biex tagħmel id-differenza għal familji oħra li għandhom l-istess sfidi.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Sid ta’ karozza qed iwissi lil ħaddieħor biex isakkar il-vetturi  tiegħu wara li ġie misruq minn mara li nqabdet b’filmat tiftaħ u tħarbex f’i ħwejjeġ ħaddieħor. Fil-filmat, il-mara tidher qed tiftaħ…

NGOs

Għal darb’ oħra l-poplu Malti se jżomm it-tradizzjoni tal-aħħar ħmistax-il sena b’mixja mill-Mellieħa fis-sigħat bikrin tal-Ġimgħa l-Kbira. Din is-sena, iżda, se tkun qed tinbidel ir-rotta, hekk kif il-mixja tibda mill-pjazza…

Ekonomija u Finanzi

Il-Partit Nazzjonalista kkritika l-iskema li ħabbar il-Gvern, biex pensjonanti jissellfu l-flus billi jitfgħu d-dar tagħhom bħala garanzija. Ilbieraħ il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna ħabbar skema li biha l-anzjani jistgħu jieħdu self…

Aktar