Qorti
Inżamm arrestat wara li kien akkużat b’serq aggravat

Sean Grech ta’ 29 sena minn Bormla baqa’ arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat b’serq aggravat minn dar ta’ anzjan f’Bormla.

L-anzjan ta’ 71 sena sofra ksur f’imnieħru. Fil-Qorti ntqal li l-anzjan kien rieqed meta sema ħoss u qam u sab lill-agressur li tah daqqa ta’ ponn fuq imnieħru.

Grech kien akkużat li darab gravi lill-anzjan, li żammu kontra l-volontà tiegħu, li sar riċediv u li kiser ordni ta’ probation. Il-prosekuzzjoni qalet li Grech seraq oġetti tad-deheb b’valur ta’ aktar minn €2,300.

Huwa wieġeb li mhux ħati tal-akkużi kontrih. Il-Maġistrat Joe Mifsud ċaħad it-talba għall-ħelsien mill-arrest.

Aħbarijiet Oħra

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili għandu vettura ġdida biex tagħmilha iktar possibbli biex jiġu salvati nies jekk jinqala’ xi inċident f’bini għoli. Il-vettura nxtrat mill-Awtorità tal-Ippjanar hekk kif fl-aħħar snin żdiedu l-binjiet…

Mart il-President ta’ Malta, is-sinjura Miriam Vella qalet li tifhem eżatt il-bżonn ta’ iktar għarfien fuq il-kanċer tas-sider għax tilfet lill-ommha b’dan il-kanċer. Is-sinjura Vella din is-sena hija l-Patruna tal-kampanja…

Il-Kummissjoni Elettorali tal-Partit Nazzjonalista fi stqarrija qalet li llum għamlet il-verifiki kollha u ġie konkluż li n-numru ta’ tesserati eleġibbli biex jivvutaw fl-elezzjoni għall-ħatra ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista huwa 21,499….

Uffiċjali mill-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-post tax-xogħol, l-OHSA qegħdin jiċċertifikaw li kull skola f’Malta u Għawdex hija konformi mar-regolamenti li tfasslu mill-awtoritajiet tas-saħħa. F’kummenti ma’ Television Malta, is-Segretarju Permanenti…

Aktar