Reliġjon
“Inżilna għarkubbtejna u tlabna għal Malta” – Indjani fil-Ġimgħa l-Kbira

Matul il-Ġimgħa Mqaddsa, it-teatru Orpheum fil-Gżira serva ta’ knisja għall-komunità Kattolika minn Kerala fl-Indja. Fil-Ġimgħa l-Kbira, filgħaxija mal-elf ruħ inġabru għall-adorazzjoni tas-salib.

Wara, fit-toroq tal-Gżira u Tas-Sliema, xeni mhux tas-soltu nhar il-Ġimgħa l-Kbira. Għall-ħabta tat-8.30pm, mal-elf ruħ iżommu xemgħat u slaleb, imxew f’purċissjoni organizzata mill-Parroċċa tal-komunità minn Kerala fl-Indja, li għall-ewwel darba organiżżat Via Crucis fit-toroq.

Il-mexxej spiritwali tal-komunità minn Kerala, Fr Binoj Mulavarickal, qal li tul it-triq huma għamlu rappreżentazzjonijiet tal-erbatax il-stazzjon fuq trakk li ggwida lid-devoti, kif isir f’kull parroċċa Nisranija fl-Indja.

“Normally all parishes organise such a programme for Good Friday. We are all familiar with this on Good Friday, praying, singing the Via Crucis,” spjega Fr Binoj.

Fr Binoj qal li t-tlettax-il stazzjon kien partikolari. “We all knelt down and we prayed for Malta. We are especially thankful for Malta, because there are a lot of Maltese families that are benefactors for Indian priests.”

Isegwi r-rappreżentazzjonijiet kien hemm Fr Sanaj Thomas, li refa’ l-kurċifiss. Qal li waqt li in-nies ġarrew slaleb tal-injam, id-dawl tax-xemgħat hu sinjal ta’ tama. “The cross is not the end, but we also carry candles, that is the the hope we are going to experience tomorrow on the resurrection.”

Nhar Sibt il-Għid, il-komunità Indjana tissokta biċ-ċelebrazzjoni tal-qawmien ta’ Ġesù li ukoll se tkun tikkonsisti f’rapreżentazzjoni teatrali fit-Teatru Orfeum.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

L-Għaqda Inħobbu l-Gżira, li hija vuċi kontra l-iżvilupp fuq Manoel Island, qalet li minkejja l-petizzjoni li ressqet quddiem il-Kumitat tal-Petizzjonijiet bi 8,487 firma, din għadha ma ġietx diskussa fil-Parlament. Fi stqarrija qalet…

Lokali

Il-Gvern fi stqarrija ċaħad rapporti li xxandru fuq mezzi oħrajn tax-xandir u li anke ġew kwotati minn xi membri tal-Oppożizzjoni, dwar żidiet fil-pagi tal-membri tal-Kabinett. Fl-istqarrija l-Gvern qal li dawn…

Għawdex

Ċifri li kiseb TVM juru li nhar Santa Marija, il-kumpanija Gozo Channel operat mad-90 vjaġġ, żieda ta’ 14-il vjaġġ fuq l-istess jum is-sena l-oħra. B’kollox nhar il-Ħamis qasmu lejn Għawdex…

Aktar