Kurżitajiet
Ipenġi tattoo ta’ wiċċ it-tabib li fejqu mill-kanċer u salvalu ħajtu

Nano Salguero ddeċieda li jrodd ħajr lit-tabib li salvalu ħajtu billi penġa fuq dahru wiċċ it-tabib li fejqu mill-kanċer.

Ir-raġel Arġentin ta’ 42 sena ġie operat b’urġenza fl-isptar ta’ Cordoba mill-kirurgu Paul Lada.  Wara l-intervent, Salguero rkupra mill-marda tal-kanċer fil-musrana, u għalhekk iddeċieda li jibqa’ jiftakar lit-tabib li fejqu billi penġa tattoo fuq dahru b’wiċċ Lada kif ukoll il-faċċata tal-isptar fejn ġie operat.

Biex penġa t-tattoo, Salguero dam madwar xahrejn u minkejja l-iskariġġ kien determinat li jagħmel dan bi gratitudni lejn il-persuna li jqis bħala s-salvatur tiegħu.

Aħbarijiet Oħra
Annimali

Iljun li kien fuq siġra ġie salvat wara li ntlemaħ minn sid il-ġnien f’Kalifornja. Ħaddiema tal-protezzjoni ssejħu fi proprjetà f’San Bernardino wara li ntlemaħ l-iljun fuq siġra f’għoli ta’ 15-il…

Barranin

Ħabsi fi Florida uża l-ħiliet kriminali tiegħu għal kawża ġusta. Flimkien ma’ erba’ ħabsin oħra huwa fetaħ karozza li fiha kien hemm tarbija msakkra. Il-ħabsin fetħu l-karozza wara li missier…

Barranin

Deputati fil-Parlament Ingliż appellaw li siti soċjali bħal Facebook biex jirrikorru għal azzjoni urġenti kontra l-aħbarijiet foloz li jinxterdu fuq il-pjattaformi tagħhom. Waqt laqgħat ta’ Kumitat Parlamentari Ingliż, id-Deputati qalu…

Awstralja

Il-Prim Ministru Awstraljan Scott Morrison qal li l-partiti l-kbar tal-pajjiż u l-parlament ġew milquta minn hacking serju fuq in-networks tal-kompjuters tagħhom. Skont il-Prim Ministru Awstraljan l-attakk ta’ hacking sar b’mod…

Aktar