
Ritratti li waslu għand TVM juru vettura mitluqa fl-akwati qrib l-iskola tad-Dorotej f’Ħaż-Żebbuġ.
Il-vettura tidher li ġarrbet xi nirien. Mhux magħruf kemm ilha fil-post abbandunata din il-karozza u lanqas kif spiċċat “ipparkjata” hemm.
Kelliema għall-Pulizija kkonferma ma’ TVM li dal-lejl għall-ħabta tat-3.15am inħarqet karozza fi Triq l-Imdina, kantuniera ma’ Triq Mikielanġ Sapiano. Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa.
Kull min għandu ritratti u/jew filmati li jkun irid iqajjem kuxjenza dwarhom jista’ jibgħathom fuq [email protected]
Minkejja li 30 sena ilu tilef nofs wiċċu u sofra ġrieħi gravi meta ġġarraf b’ajruplan żgħir, il-bdot Ivan Gatt ma jibżax jirkeb l-ajruplan, la bħala bdot u lanqas bħala passiġġier….
Numru ta’ proprjetajiet tal-Gvern li mhumiex jintużaw ser jgħaddu f’idejn għaqdiet mhux governattivi li joffru programmi ta’ housing bħala parti minn skema ġdida mnedija mis-Segretarjat Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali. Is-sejħa għall-applikazzjonijiet…
L-Awtorità tal-Ippjanar qalet li għamlet spezzjoni fil-barriera tal-Imqabba li skont artiklu fuq il-ġurnal The Times of Malta għexieren ta’ ħaddiema Torok li jaħdmu għal Taca Construction diġà qed jgħixu fis-sit, fejn…
Il-Kummissarju għall-Ambjent u l-Ippjanar fl-uffiċċju tal-Ombudsman ma sabx li kienx hemm amministrazzjoni ħażina mill-awtoritajiet konċernati fl-iżvilupp ta’ Triq Louis Wettinger f’Ta’ Masrija, magħrufa bħala l-bypass tal-Mellieħa. Dan joħroġ mir-rapport tal-investigazzjoni…